Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Konverżjonijiet

Il-konverżjoni hija proċedura li tista' tiġi applikata għat-trademarks tal-Unjoni Ewropea (EUTMs) u għal reġistrazzjonijiet internazzjonali (IRs).

Jekk trademark tal-UE ma tibqax teżisti, tista' tiġi kkonvertita fi trademarks li huma validi f'ċerti Stati Membri. Il-konverżjoni hija partikolarment utli biex jintgħelbu problemi possibbli bil-karattru unitarju tal-EUTM.

Pereżempju, jekk il-trademark tal-Unjoni Ewropea tiffaċċja problema ta' reġistrazzjoni f'pajjiż wieħed jew f'ċerti pajjiżi għal raġunijiet assoluti jew minħabba oppożizzjoni bbażata fuq dritt preċedenti validu f'pajjiż wieħed biss jew f'ċerti pajjiżi, l-applikant tal-EUTM jista' japplika biex l-EUTM tiġi kkonvertita f'applikazzjonijiet għal trademark nazzjonali, individwali fil-pajjiżi l-oħra li mhumiex affettwati b'dawn ir-raġunijiet.

Reġistrazzjonijiet internazzjonali jistgħu jiġu kkonvertiti f'applikazzjonijiet għal trademark nazzjonali ta' Stati Membri tal-UE u f'nominazzjoni ta' partijiet kontraenti għall-Ftehim ta' Madrid jew il-Protokoll ta' Madrid tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali (WIPO).

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l- Linji Gwida dwar it-trademarks tagħna.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.