Informazzjoni dwar il-Kumpanija u l-Prodott
Jekk id-detentur tad-drittijiet huwa utent prinċipali, huwa possibbli li żżid rappreżentant legali wieħed jew aktar li jiġġestixxu l-kont tal-EDB tagħhom.
Biex tagħmel hekk, daħħal l-Informazzjoni dwar il-Kumpanija u mbagħad, id-Dettalji dwar il-Kumpanija u klikkja fuq Aġġorna.
Billi jikklikkja fuq Żid Rappreżentant Legali, detentur tad-drittijiet jista’ jinkludi rappreżentant legali wieħed jew aktar li jkollhom aċċess għall-portafoll tal-kumpanija tagħhom u jkun jista’ jaġixxi f’ismu, pereżempju, idaħħal informazzjoni ewlenija fl-EDB jew jippreżenta Applikazzjoni għal Azzjoni (AFA) tad-Dwana.
Ir-rappreżentanti legali jkunu viżibbli fit-tabella taħt it-titolu Inkludi Rappreżentant Legali bil-kolonni Isem, E-mail u l-Pajjiżi li se jkopru.
Ir-rappreżentant legali jirċievi l-kredenzjali u l-kont tal-kumpanija jkun awtomatikament marbut mal-“kont rappreżentattiv”.

Il-“kont rappreżentattiv” jinħoloq b’mod awtomatiku l-ewwel darba li r-rappreżentant jinħatar bħala tali f’wieħed mill-kontijiet tal-klijent tiegħu.
Il-“kont rappreżentattiv” jippermettilek li taċċessa l-kontijiet tal-klijenti differeti tagħhom b’password waħda. Inti jkollok “portafoll ta’ kumpanija” bil-klijenti tiegħek u tista’ ddaħħal diversi kontijiet. Ladarba jkollok profil maħluq fl-EDB, kwalunkwe detentur tad-drittijiet ieħor jista’ jagħżel l-uffiċċju/il-kumpanija legali tiegħek u jaħtrek bħala r-rappreżentant tiegħu fl-EDB.

Ir-Rappreżentant Legali fl-EDB huwa l-persuna li jiġġestixxi l-kont tal-EDB għad-detentur tad-drittijiet u li jaġixxi f’ismu, pereżempju, billi jdaħħal l-informazzjoni dwar il-prodott fl-EDB jew billi jippreżenta Applikazzjoni għal Azzjoni (AFA) tad-Dwana.
Għall-infurzaturi, waħda mill-isfidi ewlenin hija li jsibu detentur tad-drittijiet billi jeħtieġ li jikkuntattjawhom bil-lingwa tagħhom stess fil-kuntest ta’ detenzjoni. Fl-EDB, Punt ta’ Kuntatt huwa l-persuna ta’ kuntatt tad-detentur tad-drittijiet għal Stat Membru partikolari. Dan jista’ jkun persuna li jieħu ħsieb kwistjonijiet legali jew tekniċi li jkun jista’ jassisti lill-infurzaturi fl-identifikazzjoni ta’ prodotti foloz f’każ li jsibu prodotti suspettużi relatati mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (IPRs) tiegħek.
Li tipprovdi Punt ta’ Kuntatt f’kull Stat Membru huwa obbligatorju meta timla AFA applikabbli għal pajjiż speċifiku. Minħabba dan t’hawn fuq, jekk jogħġbok kun żgur li timla din l-informazzjoni, li tkun dettaljata kemm jista’ jkun, u taġġornaha fuq bażi regolari.

Fil-preżent, id-dwani kollha tal-UE għandhom aċċess għall-EDB. Barra minn hekk, numru ta’ forzi tal-pulizija diġà għandhom aċċess għall-EDB, inklużi l-aġenziji tal-UE Europol u l-aġenzija tal-UE kontra l-frodi OLAF. In-numru ta’ forzi tal-pulizija li jaċċessaw l-għodda qiegħed jiżdied kontinwament.
Minħabba l-importanza li jkun hemm kuntatt mad-detenturi tad-drittijiet, l-awtoritajiet ta’ infurzar kollha rreġistrati fl-EDB għandhom aċċess għall-informazzjoni dwar data ġenerali tal-Kumpanija dwar il-kumpaniji billi din il-parti hija miftuħa għalihom b’mod awtomatiku.
Il-livell ta’ informazzjoni dwar il-Prodott (Portafoll tal-Prodott) jinkludi informazzjoni dettaljata u sensittiva dwar il-prodotti. Din hija protetta b’PINsafe u teħtieġ li tkun IKKONDIVIŻA b’mod attiv mal-awtoritajiet ta’ infurzar biex tkun viżibbli għalihom.
Se tinfetaħ tieqa b’relazzjoni tal-awtoritajiet ta’ infurzar kollha li għandhom aċċess għall-EDB li tipprovdilek il-possibbiltà li tiddeċiedi speċifikament liema awtoritajiet ta’ infurzar trid li tikkondividi magħhom l-informazzjoni li tellajt dwar il-prodotti tiegħek. Jekk tixtieq li tikkondividiha mal-awtoritajiet kollha li jaġixxu fl-EDB, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa “Agħżel Kollox”.
L-EUIPO m’għandu aċċess għall-ebda informazzjoni mtella’ mid-detenturi tad-drittijiet. Madankollu, it-tim tal-EDB għandu aċċess għall-istatistika dwar il-kontenut tal-għodda.

M’hemmx għalfejn ittella’ kull prodott tal-kumpanija tiegħek. Fl-EDB, “Prodott” jista’ jkopri firxa ta’ prodotti b’karatteristiċi simili protetti taħt l-istess DPI u li jikkondividu kanali ta’ loġistika u ta’ distribuzzjoni simili (hawnhekk tkopri “familji ta’ prodotti”, daqsijiet, differenzi fil-kulur, xebħ, eċċ.) Tista’ żżid ritratti differenti taħt l-istess isem tal-prodott.
Barra minn hekk, tista’ tikklassifika l-prodotti tiegħek billi tuża l-qasam Kategorija. Il-kategorizzazzjoni tista’ tgħinek tirrelata prodotti simili u tiffiltrahom fit-tabella tal-Portafoll tal-Prodott. Din il-kategorizzazzjoni hija utli wkoll għall-funzjonalità tal-edizzjoni multipla, billi huwa possibbli li taġġorna l-prodotti kollha b’kategorija partikolari.

Id-daqs massimu tad-dokumenti/tal-vidjows huwa ta’ 1.5 MB u l-isem tal-fajl ma jistax jaqbeż il-100 karattru.
Huwa importanti ħafna li tassoċja l-prodotti tiegħek mill-Portafoll tal-Prodott mad-DPI tiegħek inklużi fil-Portafoll tad-DPI taħt l-Informazzjoni tal-Kumpanija (obbligatorja għall-Applikazzjoni għal Azzjoni tad-dwana).
Biex tagħmel hekk, idħol fil-Portafoll tal-Prodott u agħżel il-prodott korrispondenti. Imbagħad, ikklikkja fuq Ara d-DPI relatat ma’ dan il-Prodott u mbagħad Żid Drittijiet ta’ Proprjetajiet Intellettwali ġodda mal-Prodott.
Agħżel id-DPI relatati mill-Portafoll ta’ DPI tiegħek (li inti tkun tellajt qabel fl-EDB minn TMview u minn DesignView għat-trademarks u d-disinji tiegħek) jew dawk li ddaħħlu għal drittijiet ta’ IP oħra (privattivi, indikazzjonijiet ġeografiċi, drittijiet tal-awtur, eċċ.).