Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Rappreżentanza quddiem l-Uffiċċju

 

Kulħadd jista’ jippreżenta applikazzjoni għal trademark tal-Unjoni Ewropea (EUTM) u disinn (RCD). Madankollu, ladarba l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tkun ġiet ippreżentata, kwalunkwe applikant li m’għandux id-domiċilju jew il-post prinċipali tan-negozju tiegħu jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fi ħdan iż-ŻEE (Żona Ekonomika Ewropea) ikollu jaħtar rappreżentant qabel jew wara li jirċievi ittra formali ta’ nuqqasijiet rigward in-nuqqas ta’ rappreżentazzjoni quddiem l-Uffiċċju.

Biex issib rappreżentant professjonali, jekk jogħġbok ikkonsulta l-bażi ta’ data mingħajr ħlas tal-Uffiċċju, eSearch plus.

Għal aktar informazzjoni, ara l-Linji Gwida, Parti A, Regoli Ġenerali, Sezzjoni 5, Rappreżentazzjoni Professjonali.


Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) tinkludi l-Istati Membri tal-UE u tliet stati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA): l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja. L-iskop taż-ŻEE huwa li testendi s-suq intern tal-UE għall-pajjiżi fl-EFTA.
 
Aktar informazzjoni u l-lista tal-pajjiżi fiż-ŻEE.


Iva, rappreżentant professjonali tal-EUIPO miż-ŻEE jista’ jaġixxi quddiem l-EUIPO għall-proċeduri dwar trademark (EUTM) kif ukoll dwar disinn/RCD komunitarju. Ir-rappreżentanti jistgħu jiġu mfittxija fuq l-għodda online tal-Uffiċċju.
Jekk jogħġbok ikkonsulta s-sezzjoni tagħna tal-formoli u l-preżentazzjonijiet għal aktar informazzjoni.

Għal aktar informazzjoni ara l-Linji Gwida, Parti A, Regoli Ġenerali, Sezzjoni 5, Rappreżentazzjoni Professjonali.


L-espressjoni “stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv” hija meħuda mill-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi. Inħass li d-dispożizzjoni oriġinali, sempliċement imsemmija “stabbiliment”, kienet wiesgħa ħafna u għandha tiġi limitata. L-intenzjoni kienet li, billi jintuża t-terminu Franċiż sérieux (bil-Malti “reali”), jiġu esklużi stabbilimenti frawdolenti jew fittizji.
It-terminu “effettiv” jagħmilha ċara li, filwaqt li l-istabbiliment irid ikun wieħed li fih isseħħ xi tip ta’ attività industrijali jew kummerċjali (b’distinzjoni minn sempliċi maħżen), dan ma jeħtieġx li jkun il-post prinċipali tan-negozju. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom stabbiliment bħal dan fiż-ŻEE ( Żona Ekonomika Ewropea) jistgħu jiġu rrappreżentati quddiem l-Uffiċċju minn impjegat.


Impjegati ta’ persuni ġuridiċi jistgħu jirrappreżentaw persuni ġuridiċi oħrajn iżda ż-żewġ persuni ġuridiċi għandu jkollhom konnessjonijiet ekonomiċi ma’ xulxin. Jeżistu konnessjonijiet ekonomiċi f’dan is-sens meta jkun hemm dipendenza ekonomika bejn iż-żewġ persuni ġuridiċi, jew fis-sens li l-parti fil-proċediment tiddependi fuq l-impjegatur tal-impjegat ikkonċernat, jew viċi versa. Din id-dipendenza ekonomika tista’ teżisti:
  • jew minħabba li ż-żewġ persuni ġuridiċi huma membri tal-istess grupp; jew
  • minħabba mekkaniżmi li jikkontrollaw il-ġestjoni (T-512/15, § 33 et seq.).
Madankollu, dawn li ġejjin mhumiex biżżejjed biex jiġu stabbiliti konnessjonijiet ekonomiċi:
  • konnessjoni permezz ta’ ftehim tal-liċenzjar ta’ trademark;
  • relazzjoni kuntrattwali bejn żewġ impriżi mmirati lejn rappreżentazzjoni reċiproka jew assistenza legali;
  • sempliċi relazzjoni fornitur/klijent (eż. fuq il-bażi ta’ distribuzzjoni esklużiva jew kuntratt ta’ frankiġja).
Fejn rappreżentant ta’ impjegat jixtieq li jibbaża ruħu fuq konnessjonijiet ekonomiċi, huwa għandu jimmarka s-sezzjoni rilevanti fil-formola uffiċjali, u jindika ismu u l-isem u l-indirizz tal-impjegatur tiegħu. Huwa rrakkomandat li wieħed jagħti indikazzjoni tan-natura tal-konnessjoni ekonomika, sakemm dan ma jkunx evidenti mid-dokumenti mressqa.

Għal aktar informazzjoni u għal informazzjoni aktar dettaljata rigward il-konnessjonijiet ekonomiċi, ara l-Linji Gwida, Parti A, Regoli Ġenerali, Sezzjoni 5, Rappreżentazzjoni Professjonali, paragrafu 2.4.2, Rappreżentazzjoni minn impjegati ta’ persuna ġuridika b’konnessjonijiet ekonomiċi.
 


Kull persuna fiżika li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
  • huwa ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri taż-ŻEE (Żona Ekonomika Ewropea); u għandu l-post tan-negozju jew l-impjieg tiegħu fiż-ŻEE; u huwa intitolat li jirrappreżenta persuni naturali jew ġuridiċi fi kwistjonijiet ta’ trademark/disinn quddiem l-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali ta' Stat Membru taż-ŻEE. (Nota: l-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali ma għandux għalfejn jikkorrispondi mal-post tan-negozju jew l-impjieg. Madankollu, dan għandu jkun fi ħdan iż-ŻEE.


Biex tiġi inkluż(a) fil-lista ta’ rappreżentanti professjonali jekk jogħġbok imla, iffirma u ddata l-formola ta’ applikazzjoni u ibgħathielna. Għandek tehmeż ċertifikat maħruġ minn uffiċċju nazzjonali jew irreferi għaċ-ċertifikat blokk li fih tkun elenkat(a) bħala rappreżentant ikkwalifikat.

Għal informazzjoni addizzjonali dwar ir-rappreżentanti professjonali fi kwistjonijiet ta’ disinn, ara n-noti dwar il-formola ta’ applikazzjoni għad-dħul fil-Lista Speċjali taʼ Rappreżentanti Professjonali.

Għal aktar informazzjoni dwar ir-rappreżentant professjonali, ara l-Linji Gwida, Parti A, Regoli Ġenerali, Sezzjoni 5, Rappreżentazzjoni Professjonali.



Tista’ tfittex rappreżentanti li d-domiċilju tagħhom huwa fi ħdan iż-ŻEE ( iż-Żona Ekonomika Ewropea) fil-bażi ta’ data pubblika tagħna, eSearch plus.  Din il-bażi ta’ data tipprovdi aċċess faċli għall-informazzjoni dwar it-tipi kollha ta’ rappreżentanti (assoċjazzjonijiet, impjegati, avukati jew rappreżentanti professjonali tal-EUIPO), u din tiġi aġġornata kuljum.


Jekk jinħatar rappreżentant ġdid, huwa jew hija jistgħu jinformaw lill-Uffiċċju bil-miktub li r-rappreżentant ta’ qabel ma għadux jaġixxi f’isem il-klijent. Mhi meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ir-rappreżentant il-ġdid mhuwiex rappreżentant tal-impjegati. Il-bidla ser tiġi kkonfermata mill-Uffiċċju bil-miktub u ser issegwi l-pubblikazzjoni tal-bidla.

Aktar informazzjoni dwar kif nimmaniġġja l-RCD tiegħi.

Aktar informazzjoni dwar kif nimmaniġġja l-EUTM tiegħi.

Aktar informazzjoni rigward kif tinbidel data personali għas-sidien.

Inkella, ara l-Linji Gwida Parti  A, Regoli Ġenerali, Sezzjoni 5, Rappreżentazzjoni Professjonali.



Numru tal-ID huwa numru ta' identifikazzjoni allokat għal kull rappreżentant li jippreżenta applikazzjoni mal-EUIPO.
L-applikazzjonijiet kollha huma inklużi f’eSearch plus
L-Uffiċċju ma jinfurmax awtomatikament lill-klijenti tiegħu b’dan in-numru (ħlief meta jkun jikkonċerna deċiżjoni fuq entrata fil-lista ta’ rappreżentanti professjonali), iżda jipprovdih fuq talba.
Dan in-numru jista’ jinstab ukoll billi tikkonsulta wieħed mill-fajls tiegħek f’eSearch plus. Sabiex wieħed ikun jista’ jassisti l-Uffiċċju biex inti tiġi identifikat bħala klijent malajr kemm jista’ jkun, jekk jogħġbok uża n-numru tiegħek tal-ID fil-komunikazzjonijiet kollha mal-EUIPO.
Jekk jogħġbok innota li billi taċċessa ż-Żona tal-Utent inti tista’ toħloq Kont fuq il-Web, u ladarba tkun lest, tista’ tissottometti applikazzjoni fl-indirizz li ġej billi tuża Formola avvanzata.
Ladarba l-applikazzjoni tiegħek tkun ġiet ivvalidata, is-sistema toħloq numru tal-ID għalik.


Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu skop purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn.

Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jindirizza d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Avviż dwar il-Protezzjoni tad-Data.
 

This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.