Tariffi u pagamenti
Applika onlajn għal trademark tal-Unjoni Ewropea li tibda minn EUR 850 għal klassi waħda.
Jekk tixtieq tapplika b'formola stampata, trid tħallas it-tariffa ta' €1 000.
Irreġistra t-trademark tiegħek
Rapidu u faċli
Tariffa Bażika
It-tariffa bażika trid titħallas fi żmien xahar mid-data li fiha l-applikazzjoni tasal għand l-EUIPO. Jekk jogħġbok kun af li aħna neżaminaw biss l-applikazzjonijiet għat-trademark u nipproċessaw kwalunkwe posta relatata magħhom wara li jkunu tħallsu.
- It-tariffa bażika tkopri klassi waħda għall-prezz ta' EUR 850.
- It-tariffa għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi hija ta' EUR 50.
- It-tariffa għal tliet klassijiet jew aktar hija ta' EUR 150 għal kull klassi.
Kalkulatur tat-tariffa
Tista' tikkalkula t-tariffa preċiża skont in-numru ta' klassijiet u l-metodu ta' preżentata tal-applikazzjoni tiegħek.
Lista sħiħa tat-tariffi tat-trademark
Lista ta' tariffi attwali li għandhom jitħallsu direttament lill-EUIPO.
Trademark tal-UE hija valida għal 10 snin. Tista' tiġġedded b'mod indefinit, għal 10 snin kull darba għal kull tiġdid.
Metodi ta' pagament
Tista' tħallas it-tariffi tat-trademark bil-karta tal-kreditu, bi trasferiment bankarju jew permezz ta' kont kurrenti magħna. L-Uffiċċju jipprovdi servizz onlajn għad-detenturi ta' kontijiet kurrenti, li jagħti aċċess għat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni kollha tal-kont kurrenti tagħhom.

Karta tal-kreditu
L-aħjar soluzzjoni għal applikazzjonijiet onlajn u hija rrakkomandata għall-maġġoranza tal-utenti.

Trasferimenti bankarji
It-trasferimenti bankarji jridu jitħallsu f'wieħed mill-kontijiet li ġejjin.

Kont kurrenti
Irrakkomandat għal utenti professjonisti.
Talbiet frodulenti għal pagament
Twissija: fatturi qarrieqa
Jekk tirċievi stedina mhux mitluba relatata mat-tiġdid, il-pubblikazzjoni, it-trasferiment jew kwalunkwe proċedura oħra marbuta mar-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE tiegħek, TĦALLASHIEX qabel ma tkun iċċekkjajt sew biex tara x'inhuma s-servizzi li qegħdin jiġu offruti u jekk is-sors huwiex uffiċjali.
Aktar informazzjoni
Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet finanzjarji, jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tikkuntattja id-Dipartiment tal-Finanzi - Is-Settur tat-Tariffi fuq:
+34 965 139 100