Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ideas Powered for Business SME Fund 2022

Sejħa għal proposti – GR/001/22 (Ideas Powered for Business SME Fund)

L-iffinanzjar permezz tas-sejħa għall-proposti tal-Fond għall-SMEs huwa appoġġat mill-Kummissjoni Ewropea u l-EUIPO, fejn jieħu l-forma ta’ vawċers tal-IP li jikkofinanzjaw attivitajiet relatati mal-IP (IP Scan, il-protezzjoni ta’ trademarks u disinji fl-UE u barra l-UE) u attivitajiet relatati mal-privattivi.

Fuq din il-paġna inti se ssib:

  • is-sejħa għall-proposti u l-annessi;
  • l-iskeda għas-sottomissjoni, l-evalwazzjoni u n-notifika tar-riżultati;
  • l-aċċess għal mistoqsijiet u tweġibiet;
  • il-link biex taċċessa s-sit web tal-FOND GĦALL-SMEs fejn hemm disponibbli informazzjoni dettaljata u aċċess għall-formola ta’ applikazzjoni.

 

Sejħa għal proposti

Nirrakkomandaw bil-qawwa li taqra l-informazzjoni uffiċjali dwar din is-sejħa għall-proposti qabel ma tibgħat il-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Tista’ tniżżilha fil-kaxxa hawn taħt. Jekk jogħġbok ftakar li biex tapplika għal din l-iskema, in-negozju tiegħek għandu jidħol fid-definizzjoni uffiċjali ta’ intrapriża żgħira u ta' daqs medju.

Iċċekkja l-Manwal għall-Utent tal-Kummissjoni Ewropea għad-definizzjoni ta’ SME (disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE) jekk għandek xi dubji.

 

Niżżel PDF

Jekk jogħġbok innota li s-sors awtorevoli ta’ informazzjoni huwa l-verżjoni Ingliża. Jekk hemm xi kunflitt bejn il-verżjonijiet tradotti u l-verżjoni Ingliża, din tal-aħħar tieħu preċedenza

 

Emenda

L-emenda tikkonċerna ż-żieda tal-baġit relatat mal-Vawċer 1 b’EUR 10 000 000 għal ammont massimu ta’ EUR 25 000 000.

L-aġġustament għas-sejħa għal proposti huwa ppreżentat fl-emenda.

Niżżel PDF

Annessi għas-sejħa għall-proposti

Lista ta’ ammonti massimi skont il-pajjiż tal-UE għal IP SCAN Uri Aħbi

Niżżel PDF

Updated with the inclusion of Cyprus from 01/04/2022

 

Sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni Uri Aħbi

Lista’ ta’ sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni kif imsemmi fl-Artikolu 136(1) a sa h tar-Regolament Finanzjarju.

Niżżel PDF

 

Dikjarazzjoni għar-rappreżentanti Uri Aħbi

Rappreżentant: Kwalunkwe parti terza, persuna fiżika jew ġuridika, debitament awtorizzata mill-SME sabiex tirrappreżentaha legalment f’din il-proċedura u timla l-e-formola u tissottomettiha f’isem l-applikant.

Jekk SME jkollha ħsieb li tuża rappreżentant estern għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, din id-dikjarazzjoni trid timtela, tiġi ffirmata u mbagħad ipprovduta lir-rappreżentant sabiex dan ikun jista’ japplowdjawha mal-applikazzjoni u jissottomettiha f’isem l-applikant.

Niżżel DOCX

 

Mudell ta’ deċiżjoni dwar l-għotja (Vawċer) Uri Aħbi

Il-Vawċer se jiġu konkluż permezz ta’ deċiżjoni tal-Uffiċċju (Deċiżjoni dwar l-għotja), għalhekk mudell ikun disponibbli għall-informazzjoni tal-applikant.

Deċiżjoni dwar l-Għotja - VAWĊER 1

Niżżel PDF

 

Deċiżjoni dwar l-Għotja - VAWĊER 2

Niżżel PDF

 

Kundizzjonijiet Ġenerali

Niżżel PDF

 

 


Skeda u regoli

Is-sejħa għal proposti se tinfetaħ skont il-perjodu ta’ żmien proviżorju ta’ hawn taħt:

Perjodu għas-sottomissjoni tas-sejħa

mill-10/01/2022 sas-16/12/2022

Evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet sottomessi matul il-perjodu

il-punt ta’ limitu ta’ kull ġimgħa: kull nhar ta’ Ġimgħa

Perjodu ta’ evalwazzjoni u ta’ notifika

10 ijiem ta’ xogħol mill-punt ta’ limitu

 

Il-punt ta’ limitu ta’ kull ġimgħa jfisser li l-applikazzjonijiet kollha sottomessi matul il-ġimgħa preċedenti se jgħaddu mill-istadju ta’ evalwazzjoni.

F’każ li l-Uffiċċju jikkuntattja lill-applikant matul il-proċess ta’ evalwazzjoni biex jitlob informazzjoni komplementari, is-sospensjoni tal-evalwazzjoni u l-perjodu ta’ notifika jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Uffiċċju jibgħat it-talba. Il-perjodu jerġa’ jibda mid-data meta l-informazzjoni mitluba jew id-dokumenti riveduti jiġu riċevuti.

L-applikanti jiġu nnotifikati individwalment dwar ir-riżultati tal-proċess ta’ evalwazzjoni permezz ta’ email lill-persuni ta’ kuntatt ipprovduti fl-e-Formola. Għaldaqstant, hija r-responsabbiltà tal-applikant li fl-e-formola jissottometti l-indirizz tal-email it-tajjeb tal-persuna/persuni ta’ kuntatt.

Din in-notifika se jkun fiha:

  • Applikanti li ġew irrifjutati: ir-raġunijiet għad-deċiżjoni negattiva;
  • Applikanti li ġew aċċettati: il-konferma tad-deċiżjoni pożittiva u kopja tad-Deċiżjoni dwar l-Għotja (VAWĊER) bħala dokument mehmuż. F’każ li tkun applikajt għal Vawċer 1 u għal Vawċer 2, inti se tirċievi żewġ deċiżjonijiet separati dwar l-għotja, waħda għal kull Vawċer.

Ftakar li l-Vawċers mhumiex retroattivi, l-ispejjeż għall-attivitajiet li saru qabel ma tirċievi d-deċiżjoni dwar l-għotja ma jistgħux jiġu rimborsati.

Jekk il-fondi kollha jintużaw qabel it-tmiem tal-perjodu għas-sottomissjoni tas-sejħa, is-sistema ta’ applikazzjoni online (e-Formola) se tingħalaq u l-applikanti jkunu informati b’dan fuq is-sit web tal-FOND GĦALL-SMEs.

Mistoqsijiet u tweġibiet

Kwalunkwe mistoqsija speċifika relatata ma’ din is-sejħa trid tiġi indirizzata liċ-Ċentru tal-Informazzjoni tal-EUIPO fuq:

information@euipo.europa.eu

Jekk jogħġbok l-ewwel ikkonsula t-taqsima tal-Mistoqsijiet Frekwenti peress li l-Uffiċċju se jużaha biex regolarment jippublika tweġibiet għal kwalunkwe mistoqsija sottomessa, sabiex jiġi żgurat li l-applikanti potenzjali kollha jiġi ttrattati b’mod ugwali.

 

This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.