Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Kif nista' nżid aktar minn 10 disinni fl-applikazzjoni tiegħi?

Jekk qed tapplika għal disinn Komunitarju rreġistrat, tajjeb li tkun taf li inti tista' żżid aktar minn 10 disinni bl-istess data bażika f'applikazzjoni waħda.

Disinni bl-istess data bażika huma disinni li huma relatati mal- istess tip ta' prodotti u huma elenkati fl-istess klassi tal-klassifikazzjoni ta' Locarno, ir-referenza internazzjonali għall-klassifikazzjoni ta' disinni industrijali.

Applikazzjonijiet multipli ta' disinni jistgħu jintalbu mit-Taqsima ta' 'informazzjoni dwar disinn(i)' tal-applikazzjoni tiegħek billi tikklikkja fuq il-buttuna 'Ġdida'.

Taqsima ta' 'informazzjoni dwar Disinn(i)'

Se tinżel kaxxa ta' kontenut fejn inti tista' tagħżel li toħloq aktar minn disinn wieħed. Klikkja fuq 'Iva' u daħħal in-numru ta' disinni mill-1 sal-10. Is-sistema ma tippermetilekx iżżid aktar minn 10 disinni kull darba għal raġunijiet ta' sigurtà u prestazzjoni. Biex iżżid aktar minn 10 disinni, kulma se jkollok bżonn hu li tirrepeti l-istadji spjegati hawn taħt.

Imbagħad se jkollok tagħżel it-tip ta' prodotti li għalihom japplikaw id-disinni tiegħek skont il-klassifikazzjoni ta' Locarno. Ftakar li d-disinni kollha li trid tipproteġi f'applikazzjoni waħda jridu jagħmlu parti mill-istess klassi ta' Locarno.

Issa tinsab lest li ttella' d-dehriet tad-disinni tiegħek, tista' ttella' mhux aktar minn seba' dehriet għal kull disinn, u tliet dehriet addizzjonali mhux protetti Klikkja fuq fittex, agħżel il-fajl tiegħek u klikkja fuq 'tella''. Tista' wkoll tiddregja u tqiegħed dehriet dinamiċi 3D f'waħda mill-formati li ġejjin: OBJ, STL u X3D. Għal informazzjoni dwar tipi ta' fajls aċċettati u daqsijiet massimi permessi mur fuq il-paġna ta' dokumenti mehmuża tagħna.

Dehra għal disinn

Ladarba ttella' 10 disinni, kemm tikklikkja fuq il- buttuna 'Ssejvja' u erġa' klikkja fuq il-buttuna 'Ġdida'.

Meta tikklikkja fuq 'Issejvja', is-sistema turik sommarju tad-disinni u d-dehriet ta' korrispondenza kollha li int tellgħajt. Tista' tiftaħ daħliet individwali f'din it-tabella għal aktar dettalji, jew biex teditjahom jew tħassarhom.

Taqsima ta' 'informazzjoni dwar Disinn(i)'

Tista' ssib aktar mistoqsijiet frekwenti dwar aspetti oħra tal-web fiċ-Ċentru ta' Għajnunatagħna.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.