Kif tirrisettja l-password u l-isem utent tiegħek
Jekk insejt l-isem utent jew il-password tiegħek, tista' tirrisettjahom minnufih fil-paġna fejn tilloggja.
Ikklikkja fuq il-links 'Insejt l-isem utent tiegħek?' jew 'Insejt il-password tiegħek?'.

-
Jekk insejt l-isem utent tiegħek ser tintalab l-indirizz tal-email li użajt meta nktibt.

Ser tirċeivi email li tfakkrek bid-dettalji tal-isem utent tiegħek biex tkun tista' tilloggja mill-ġdid.
-
Jekk insejt il-password tiegħek, ser tintalab għall-isem utent tiegħek.

Ser tinbagħat email fl-indirizz tal-email li użajt meta nktibt. Fiha ser issib link biex tissettja password ġdida biex tattiva l-kont tal-EUIPO tiegħek mill-ġdid.

Jekk wara li ssegwi dawn l-istruzzjonijiet xorta waħda ma tkunx tista' tirkupra l-password tiegħek jew l-isem utent tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana biex ma nibblokkawx il-kont tiegħek għal raġunijet ta' sigurtà.
Għal aktar informazzjoni dwar aspetti oħra tas-sit web, jekk jogħġbok ikkonsulta l-mistoqsijiet frekwenti taċ-Ċentru tal-Għajnuna tagħna.