Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Formola ta' talba online

Din it-taqsima tispjega kif għandhom jimtlew il-formoli ta' talba online għal spezzjoni, reġistrazzjoni, tiġdid, konverżjoni u bidla tar-rappreżentant.

Sabiex taċċessa l-formoli online hemm bżonn li tkun illoggjat.

Hemm diversi metodi kif tista' taċċessahom:

  • Permezz tat-tab 'Servizzi Online' fil-User area fuq in-naħa tax-xellug tal-menu tad-daxxbord tiegħek.
  • Permezz tal-kaxxa 'Servizzi Online' fil-paġna ewlenija tal-EUIPO.
  • Permezz ta' eSearch plus.

  • L-aċċess tal-formoli online permezz ta' eSearch plus

    Iftaħ id-dehra fid-dettall tat-trademark, tad-disinn jew tar-reġistrazzjoni internazzjonali li inti tixtieq tirrieżamina billi tikklikkja fuq l-isem tiegħu/tagħha fir-ringiela tal-intestatura.

    Mur fit-taqsima 'Azzjonijiet u komunikazzjonijiet' u agħżel trademark tal-Unjoni Ewropea (EUTM), disinn Komunitarju rreġistrat (RCD) jew reġistrazzjoni internazzjonali (IR) skont jekk intix tfittex trademark, disinn jew reġistrazzjoni internazzjonali.

    Uża l-opzjonijiet li ġejjin biex tiftaħ il-formoli ta' talba online.

    • Spezzjoni
    • Reġistrazzjoni
    • Tiġdid
    • Bidla tar-rappreżentant
    • Konverżjoni
  • Lingwi u numru ta' reġistrazzjoni

    Applikazzjoni għal trademarks tal-UE jew disinni Komunitarji rreġistrati
    Jekk it-talba li tixtieq tagħmel tinvolvi trademark tal-Unjoni Ewropea (EUTM) jew disinn Komunitarju rreġistrat (RCD) li għadu/għadha fl-istadju ta' applikazzjoni (jiġifieri li għadu/għadha ma ġiex/ġietx irreġistrat/a), għandek tuża l-ewwel jew it-tieni lingwa tal-applikazzjoni, li għandha tkun waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Trademarks tal-UE rreġistrati jew disinni Komunitarji rreġistrati
    Jekk it-talba tinvolvi trademark tal-UE jew disinn Komunitarju li jkun diġà rreġistrat, għandek tuża waħda mill-ħames lingwi uffiċjali tal-EUIPO (l-Ispanjol, il-Ġermaniż, l-Ingliż, il-Franċiż jew it-Taljan).

    Numru tar-reġistrazzjoni/tal-applikazzjoni
    Għal kull applikazzjoni rreġistrata, għandek tindika n-numru/numri tal-applikazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tad-dritt(ijiet) ta' proprjetà industrijali involut(i) billi timportah/timportahom jew tfittxu/tfittixhom fit-taqsima rilevanti. Jekk tixtieq tapplika għal reġistrazzjonijiet li jaffettwaw iż-żewġ tipi ta' dritt ta' proprjetà industrijali (trademark tal-UE u RCD) għandek titlobhom separatament.

  • Min jagħmel it-talba

    Numru tal-ID
    Jekk min jagħmel it-talba jkun diġà ġie allokat numru tal-ID mill-EUIPO, huwa biżżejjed li jiġi indikat dak in-numru tal-ID flimkien mal-isem tal-proprjetarju/mal-isem tar-rappreżentant.
    Inkella, min jagħmel it-talba għandu jidentifika lilu nnifsu b'ismu, l-indirizz u n-nazzjonalità/l-pajjiż tar-reġistrazzjoni tiegħu.

    Referenza
    Din hija r-referenza personali li min jagħmel it-talba jixtieq li l-EUIPO juża fil-korrispondenza futura miegħu. Ir-referenzi jistgħu jikkonsisti minn mhux aktar minn 30 karattru alfanumeriku, bl-użu tal-alfabet Ruman: a-z, A-Z, 0-9. Tużax spazji.

    Madankollu, għal kwalunkwe mistoqsija li jista' jkollok dwar it-trademark tiegħek, jekk jogħġbok uża r-referenza uffiċjali tal-EUIPO. Ir-referenza personali tiegħek tintuża biss fir-rigward tat-talba tiegħek, mhux bħala sostituzzjoni għal dik li tikkorrispondi mat-trademarks tal-UE jew mad-disinni involuti fit-talba.

    Tip ta' min jagħmel it-talba
    It-talba għandha tindika jekk min jagħmel it-talba huwiex kumpanija (entità ġuridika) jew persuna (naturali) fiżika.

    Indirizz ta' korrispondenza
    L-indirizz postali/ta' korrispondenza jeħtieġ li jingħata biss jekk ikun differenti mill-indirizz uffiċjali.

  • Ċessjonarju jew benefiċjarju tad-dritt

    Jekk min jagħmel it-talba huwa ċ-ċessjonarju jew id-detentur tad-dritt u MA għanduX sede, domiċilju, post prinċipali tan-negozju jew stabbiliment kummerċjali jew industrijali reali u effettiv fl-Unjoni Ewropea, huwa għandu jaħtar rappreżentant professjonali biex jaġixxi f'ismu quddiem l-EUIPO (ara l- Linji Gwida għal aktar dettalji).

  • Prodotti u servizzi

    Meta applikazzjoni ta' reġistrazzjoni tinvolvi biss xi wħud mill-prodotti u s-servizzi koperti mir-reġistrazzjoni jew mill-applikazzjoni kkonċernata, inti għandek tiddikjara liema prodotti u servizzi tixtieq li jiġu koperti mir-reġistrazzjoni.

  • Firma

    Il-formola online għandha tiġi ffirmata u l-isem tal-firmatarju (min jagħmel it-talba) għandu jkun indikat. Inkella l-EUIPO ma jkunx jista' jipproċessaha.

    Meta r-rappreżentant maħtur mill-proprjetarju oriġinali jkun maħtur ukoll bħala rappreżentant taċ-ċessjonarju jew tal-benefiċjarju, ir-rappreżentant jista' jiffirma t-talba kemm f'isem il-proprjetarju oriġinali kif ukoll f'isem il-proprjetarju l-ġdid.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.