Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Bozoz tad-dawl tad-disinn tal-IP Scan

 

IP Scan

Identifika l-proprjetà intellettwali tiegħek u tgħallem kif tinkorpora strateġija tal-PI fil-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju tal-kumpanija tiegħek.

Il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali (PI) tiegħek hija l-uniku mod legali biex tevita li l-ideat, il-prodotti jew is-servizzi uniċi tiegħek ikunu kkuppjati jew użati mingħajr permess.

IP Scan ipoġġik direttament f’kuntatt ma’ espert tal-PI nominat minn Uffiċċju nazzjonali tal-PI li se jaħdem miegħek biex jeżamina mill-ġdid il-mudell ta’ negozju, il-prodotti/is-servizzi, u l-pjanijiet ta’ tkabbir tiegħek.

B’mod kollaborattiv, se tiskopru liem assi intanġibbli għandek tipproteġi u b’liema mod il-PI tiegħek tista’ tgħin tappoġġja t-tkabbir tan-negozju. L-IP Scan mhuwiex servizz legali, huwa maħsub li jiggwida lin-negozju tiegħek dwar kif jirreġistra u jieħu vantaġġ mill-PI tiegħu issa u fil-futur.

L-IP Scan huwa offrut fil-pajjiżi tal-Istati Membri tal-UE indikati hawn taħt.

“Dan kien tajjeb ħafna u rilevanti ħafna għalina. “Iffrankali l-ħin, ksibt għajnuna esperta permezz tiegħu, u issa għandna t-trademarks, allura jżid il-valur tan-negozju tagħna”

- Laura Andelin, ONIT Sport (il-Finlandja)

Affarijiet bażiċi tal-IP Scan

IP Scan jista’ jistabbilixxi l-bażi tal-istrateġija tal-proprjetà intellettwali tal-kumpanija tiegħek.

Proprjetà intellettwali protetta tinkludi assi reġistrabbli u mhux reġistrabbli varji, inklużi trademarks, disinji, u privattivi. Assi intanġibbli reġistrati mhux biss joffru protezzjoni legali. Talli jtuk ukoll esklussività u vantaġġ kompetittiv fis-suq.

PI ta’ valur għoli tista’ tintuża biex tistabbilixxi sorsi ġodda ta’ dħul bħal pereżempju minn ftehimiet ta’ liċenzjar, ta’ bejgħ, jew ta’ co-branding. F’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament, PI rreġistrata hija meqjusa indikattiva ta’ kumpanija qawwija u b’saħħitha.

  • Eżamina mill-ġdid il-mudell ta’ negozju tiegħek ma’ espert tal-PI
  • Itgħallem x’inhuma l-assi tal-PI tal-kumpanija tiegħek u kif tirreġistrahom u timmaniġġjahom
  • Identifika modi biex tipproteġi l-PI tiegħek u x’tagħmel jekk xi ħadd jikser id-drittijiet tiegħek
  • Skopri kif tipprevjeni kunflitti tal-PI ma’ kompetituri jew sħab potenzjali
  • Agħmel strateġija ċara tal-PI għall-kumpanija tiegħek - x’tirreġistra, fejn tirreġistra, u kif tieħu vantaġġ mill-PI tiegħek permezz ta’ liċenzjar, sħubijiet, internazzjonalizzazzjoni, eċċ.

Il-kumpanija tiegħek jaf ikollha ass intanġibbli wieħed jew diversi għad-dispożizzjoni tagħha mingħajr lanqas biss tkun taf:

  1. L-affarijiet bażiċi: L-isem tal-kumpanija u l-isem tad-dominju online tagħha
  2. PI reġistrabbli: trademarks, privattivi, disinji, mudelli ta’ utilità, drittijiet tal-awtur, varjetajiet tal-pjanti, jew indikazzjonijiet ġeografiċi
  3. PI mhux reġistrabbli: sigrieti tal-mestier u disinji mhux irreġistrati
 

Il-Proċess tal-IP Scan

IP Scan huwa komprensiv u kollaborattiv. Meta jkollok l-għajnuna ta’ espert tal-PI, se teżamina kull aspett tal-PI tal-kumpanija tiegħek.

Kull ass intanġibbli li l-kumpanija tiegħek jista’ jkollha jiġi evalwat matul IP Scan, u din hija r-raġuni għalfejn huwa daqshekk importanti li jiġi żgurat li l-espert tal-PI li jgħinek ikollu l-informazzjoni pertinenti kollha. Il-proċess jirrikjedi impenn ta’ żmien min-naħa tal-kumpanija tiegħek biex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa, biex tgħaddi mill-proċess tal-intervista, u biex tikkollabora mal-espert tal-PI. IP Scan huwa diviż fi tliet fażijiet:

1. Preparazzjoni
Il-fażi ta’ preparazzjoni, fejn il-kumpanija tiegħek teħtieġ timla kwestjonarju ta’ awtovalutazzjoni qasir. Dan jiġi eżaminat mill-ġdid mill-espert tal-PI sabiex jifhem ir-relazzjoni tal-kumpanija tiegħek mal-proprjetà intellettwali.
2. Analiżi
Il-fażi tal-analiżi, fejn l-espert tal-PI jwettaq intervisti miegħek biex jesplora l-mudell ta’ direzzjoni tan-negozju tiegħek, jivvaluta l-PI tiegħek, u jidentifika l-istrateġija tal-PI l-aktar adatta għall-kumpanija tiegħek.
3. Rapport
Il-fażi tar-rapport, fejn l-espert tal-PI jippreżenta s-sejbiet tal-analiżi u joffri rakkomandazzjonijiet dwar kif għandha tiġi integrata strateġija tal-PI fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-kumpanija tiegħek.

Rapport dwar l-IP Scan

Ir-rapport tal-espert tal-PI jinkludi s-sejbiet ġenerali tal-ewwel u t-tieni fażijiet u jkopri ħames suġġetti ewlenin:

Il-mudell ta’ negozju u l-istrateġija tal-kumpanija tal-SME

L-identifikazzjoni u l-analiżi ta’ assi tal-PI u ta’ assi rilevanti għall-PI eżistenti

L-użu ta’ tfittxijiet tal-PI

Il-ġestjoni u l-istrateġija tal-PI: kif l-aħjar timmaniġġja l-assi tal-PI tiegħek

Sommarju u rakkomandazzjonijiet strateġiċi

L-IP Scan huwa kopert mill-Fond għall-SMEs

Ikseb rimborż ta’ 90 % tal-IP Scan permezz ta’ għotja tal-Fond għall-SMEs.

Għajnuna finanzjarja hija disponibbli

Il-Fond għall-SMEs huwa skema ta’ għotjiet mfassla biex tgħin lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-Unjoni Ewropea bl-ispejjeż tar-reġistrazzjoni tal-PI tagħhom. SMEs li jwettqu l-IP Scan jistgħu jiġu rimborżati 90 % tal-ispiża tas-servizz billi l-ewwel jieħdu għotja ta’ Fond għall-SMEs mill-EUIPO.

Opportunità esklussiva għall-SMEs tal-UE

Sabiex titlob għotja, il-kumpanija tiegħek teħtieġ li tkun SME stabbilita fl-Unjoni Ewropea. Jekk jogħġbok eżamina mill-ġdid id-definizzjoni uffiċjali tal-UE ta’ SME biex tiżgura li l-kumpanija tiegħek hija eliġibbli.

 

Il-proċess tal-applikazzjoni tal-Fond għall-SMEs ma jirrikjedix ħafna formoli jew karti. Teħtieġ biss li jkollok ftit informazzjoni bażika lesta, bħaċ-ċertifikat tal-VAT u d-dettalji tal-kont tal-bank tal-kumpanija tiegħek.

L-ewwel pass huwa li tapplika għall-Fond għall-SMEs u tiġi approvat għal għotja. Biex tapplika m’hemmx bżonn ħafna ħin u tirċievi tweġiba fi ftit jiem.

Għal aktar informazzjoni,żur il-paġna ewlenija tal-Fond għall-SMEs tagħna u agħżel il-pajjiż tiegħek għad-dettalji. Ladarba tkun hemm, tista’ wkoll tagħti titwila lejn il-FAQs tagħna jekk għandek xi mistoqsijiet jew ikkuntattjana direttament permezz taċ-chat online tagħna. Tista’ wkoll tikkuntattja l-uffiċċju nazzjonali tal-PI tiegħek fil-links t’hawn fuq.

 

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 06-06-2022
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja