Kif tagħmel tiftix avvanzat skont l-immaġnijiet
-
Ikklikkja fuq il-link “Advanced search” (Tiftix avvanzat) li tinsab fuq il-bar tat-tiftix.
-
Hekk kif tkun fit-taqsima “Tiftix avvanzat”, fittex il-kolonna fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin bl-isem ta’ “Add search criteria from below” (Żid kriterji tat-tiftix minn hawn taħt). Agħżel “Trade mark representation” (Rappreżentazzjoni tat-trademark) jew “Design representation” (Rappreżentazzjoni tad-disinn).
-
Għandha titla’ l-kaxxa li fiha tista’ ttella’ jew tiddreggja u tpoġġi l-immaġni(jiet) tiegħek. Is-sistema tippermettilek ittella’ biss fajls b’estensjonijiet JPEG, PNG, GIF u TIFF, ikbar minn 100x100 pixels u b’daqs massimu ta’ 2 Megabytes.
-
Hekk kif l-immaġni(jiet) tiegħek jittella’(jittellgħu), inti tista’:
- Tikklikkja u taġġusta r-rettangolu biex tagħżel il-parti tal-immaġni(jiet) li tixtieq tfittex.
- Ibdel l-immaġni(jiet) li trid tfittex billi tikklikkja fuq l-ikoni tal-bin jew fuq “Change image(s)” (Ibdel l-immaġni(jiet))
- Agħżel jekk tridx tfittex għal trademarks, disinji jew it-tnejn li huma. Meta tkun qed ittella’ immaġni 1, int se jkollok il-possibbiltà li tfittex għat-tnejn li huma, jekk tkun qed ittella’ aktar minn immaġni waħda, is-sistema se turi riżultati għal disinji biss.
- Ittajpja l-karattri neċessarji fl-istrixxa tat-tiftix f’każ li tkun trid tagħmel tiftix ikkombinat ta’ immaġni flimkien mal-isem tat-trademark jew l-elementi verbali tad-disinn.
-
Agħżel il-kriterji l-aktar konvenjenti għat-tiftix tiegħek mill-kolonna fuq ix-xellug tal-iskrin bl-isem ta’ “Add search criteria from below” (Żid kriterji tat-tiftix minn hawn taħt). Għal kumbinazzjoni ta’ tiftix ibbażat fuq l-immaġni fi trademarks hemm disponibbli mhux aktar minn disa’ kriterji tat-tiftix differenti, u mhux aktar minn sitta għad-disinji. Hawn taħt għandek issib deskrizzjoni qasira ta’ kull kriterju:
Kriterji tat-tiftix disponibbli għat-trademarks:
- Isem it-trademark: żid elementi verbali mal-immaġni tiegħek li tixtieq tfittex, inklużi varjazzjonijiet fonetiċi u fuzzy fit-test.
- It-tip ta’ trademark: speċifika jekk it-trademark li tixtieq tfittex hijiex figurattiva, kulur, 3D, ħoss, ologramma, oħrajn.
- L-istatus tat-trademark (trademark tal-UE): taħt eżaminazzjoni, ippubblikata, ikkanċellata, skaduta, eċċ.
- L-istatus tat-trademark (Reġistrazzjonijiet Internazzjonali): riċevuta, taħt eżaminazzjoni, ikkanċellata, eċċ.
- It-tip ta’ marka: individwali, marki ta’ ċertifikazzjoni tal-UE, kollettiva.
- Il-Klassifikazzjoni ta’ Vjenna: agħżel il-kunċetti, l-ideat jew l-elementi li l-aħjar jiddeskrivu l-immaġni li trid tfittex billi tuża l-Kodiċi ta’ Vjenna (eż. “Għasafar” 03.07).
- Il-Klassifikazzjoni ta’ Nizza: żid il-klassifikazzjoni ta’ Nizza u qassamha skont ir-rilevanza tal-immaġni.
- Data tal-preżentazzjoni: żid restrizzjonijiet ta’ żmien biex tillimita t-tiftix tiegħek.
- Isem is-sid: żid isem jew numru ta’ referenza ta’ sid ta’ trademark.
Kriterji tat-tiftix disponibbli għad-disinji:
- Element verbali: żid elementi verbali mal-immaġni li tkun se tfittex.
- Status tad-disinn: irreġistrat u ppubblikat kompletament, disinn abbandunat, proċedura ta’ invalidità pendenti, eċċ.
- Il-Klassifikazzjoni ta’ Locarno: illimita t-tiftix tiegħek għall-klassijiet ta’ Locarno (eż., “Imwejjed u għamara simili” 06.03).
- Indikazzjoni tal-prodott: illimita t-tiftix tiegħek għall-indikazzjonijiet tal-prodott
- Isem is-sid: żid isem jew numru ta’ referenza ta’ sid ta’ trademark.
- Data tal-preżentazzjoni: żid restrizzjonijiet ta’ żmien biex tillimita t-tiftix tiegħek.
-
Issa kklikkja fuq il-buttuna “Search” (“Fittex”).
“Images view” (Dehra tal-immaġnijiet) se tintwera b’mod awtomatiku, iżda inti tista’ tagħżel ukoll “detail view” (dehra fid-dettall) u “list view” (dehra f’forma ta’ lista) biex turi r-riżultati u anke tagħżel in-numru tal-elementi li trid tivviżwalizza f’kull paġna (minn 5 sa 100).
Dehra fid-dettall
Dehra f’forma ta’ lista
Dehra tal-immaġnijiet
-
Int tista’ tara minn qabel id-dettalji ta’ kull trademark jew disinn, tiċċekkja l-informazzjoni kollha dwaru, tiżżumja fuq l-immaġnijiet jew tiġġenera rapporti. Fit-tab riżultati tad-disinn int tista’ wkoll tibbrawżja fid-dehriet differenti disponibbli tad-disinn billi tikklikkja fuq il-vleġeġ fuq il-ġenb tal-immaġni.
Iġġenera rapporti: Agħżel it-trademarks jew id-disinji li trid tinkludi fir-rapport tiegħek billi tikklikkja fuq il-kaxxa maġenb kull immaġni u kklikkja fuq “Generate PDF” (Iġġenera PDF). Ir-rapport bl-għażla tiegħek se jinħoloq minnufih. Għandek ukoll l-għażla “select all” (agħżel kollox).Din l-għażla se tippermettilek tagħżel massimu ta’ 100 trademark sabiex tinkludihom fir-rapport.
Sabiex tikseb aktar informazzjoni dwar trademark jew disinn, għaddi minn fuq l-immaġni u agħżel “View full info” (Ara l-informazzjoni sħiħa).
-
Applika sa erba’ filtri differenti fir-riżultati tat-tiftixa tiegħek
Ikklikkja fuq “Filters” (Filtri) fuq il-lemin fin-naħa ta’ fuq tal-iskrin tar-riżultati. Għandha titla’ kaxxa bil-filtri disponibbli. Agħżel l-aktar filtri xierqa skont it-tiftix tiegħek. It-tip ta’ trademark, l-istatus tat-trademark (trademark tal-UE), l-istatus tat-trademark (IR) u l-Klassifikazzjoni ta’ Vjenna huma l-filtri disponibbli fit-tiftix avvanzat tat-trademark, filwaqt li l-istatus tad-disinn, ippubblikat fi, il-pajjiż tas-sid, il-klassi ta’ Locarno huma filtri disponibbli għad-disinji.