Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Rakkomandazzjonijiet dwar pagamenti

Sabiex il-pagamenti jiġu indirizzati malajr u biex jitħaffef il-proċess ta' reġistrazzjoni, nixtiequ li l-utenti kollha tagħna jsegwu dan il-parir ta' hawn taħt dwar it-trasferimenti bankarji.

Jekk jogħġbok innota li huwa biss numru limitat ta' karattri fl-oqsma 'speditur' u 'deskrizzjoni' li jiġi trażmess mill-bank tagħna. Għal din ir-raġuni, nitolbuk ġentilment biex issegwi l-linji gwida ta' hawn taħt.


Oqsma tad-deskrizzjoni

Jekk jogħġbok imla kif ġej

  • Uża l-kodiċijiet elenkati fit-tabelli ta' hawn taħt
    eż. EUTM minflok TARIFFA TA' APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA' TRADEMARK TAL-UNJONI EWROPEA

  • Neħħi ż-żerojiet fuq quddiem fin-numri u tużax spazji jew singijiet fin-numri tal-fax jew tat-telefon, peress li dawn jieħdu spazju bla bżonn

  • Jekk il-pagament ikun għal aktar minn trademark jew disinn wieħed, ispeċifika biss l-ewwel u l-aħħar wieħed u mbagħad ibgħatilna fax bid-dettalji kompluti dwar liema trademarks jew disinni huma kkonċernati
    eż EUTM-3558961-3558969


Eżempji

Eżempji ta' tariffi ta' deskrizzjoni tal-pagament.
Tip ta' pagament Eżempju ta' deskrizzjoni ta' pagament
Tariffa ta' Applikazzjoni (EUTM = trademark tal-Unjoni Ewropea) permezz ta' preżentazzjoni elettronika EUTM-5104422 isem tat-trademark E-00031516-S REF. JSE06
Tariffa ta' Applikazzjoni (RCD = disinn Komunitarju Rreġistrat) permezz ta' preżentazzjoni elettronika RCD REF. JSE07 E-00031517-T
Oppożizzjoni EUTM-4325047 OPP l-isem tat-trademark
Reġistrazzjoni internazzjonali EUTM-4325047 INT
Tiġdid (EUTM) EUTM-509936 RENEW
Pagament lill-kont kurrenti Nru 1361 ACC-1361
Kopji ċċertifikati EUTM-1820061 COPIES
Trasferiment ta' disinji multipli (l-ewwel 1420061 u l-aħħar 1420065) RCD-1420061-1420065 TRANSF


Kodiċi uffiċjali (skont l-importanza)

Lista ta' kodiċijiet uffiċjali
Kodici Deskrizzjoni Eżempju
ACC Pagament lill-kont kurrenti ACC-1361
OWN, REP ID tas-Sid, ID tar-Rappreżentant (jekk magħruf) REP-10711
EUTM, RCD Numru tat-trademark jew tad-disinn EUTM-5104422
RCD-1698
  Isem tat-trademark jew tad-disinn isem tat-trademark
REF Referenza interna tal-applikant REF. JSE06
OPP, REC, RENEW, INSP, INT, TRANSF, INV, CONV, COPIES. APP Kodiċi tal-operazzjoni: Oppożizzjoni, Reġistrazzjoni, Tiġdid, Spezzjoni, Reġistrazzjoni Internazzjonali, Trasferiment, Invalidità, Konverżjoni, Kopji Ċċertifikati, Appell OPP
INT
INV
APP
FAX Numru tal-fax FAX(49)07511245574


Qasam tal-ispeditur

Jekk jogħġbok imla kif ġej

  • Uża isem li jista' jiġi identifikat bħala min qed iħallas, applikant (sid jew rappreżentant), opponent jew speditur

  • Għall-isem ta' min qed iħallas, uża biss l-isem, mingħajr abbrevjazzjonijiet bħal: DIPL.-ING. PHYS, PATENT OFFICE

  • Uża l-istess forma ta' identifikazzjoni għall-pagamenti fil-ġejjieni

  • Eżempji għall-indirizz
    Isem ta' min qed iħallas
    MARY MOCHAN
    Indirizz ta' min qed iħallas
    7 LOCH LONG
    Kodiċi postali u belt ta' min qed iħallas
    GLASGOW G742EL

This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.