Rakkomandazzjonijiet dwar pagamenti
Sabiex nindirizzaw il-pagamenti b'mod rapidu u nħaffu l-proċess ta' reġistrazzjoni, aħna nitolbu lill-utenti kollha jsegwu l-parir ta' hawn taħt dwar it-trasferimenti bankarji.
Jekk jogħġbok innota li huwa biss numru limitat ta' karattri fl-attributi 'speditur' u 'deskrizzjoni' li jiġu trażmessi mill-bank tagħna. Għalhekk, jekk jogħġbok segwi l-linji gwida ta' hawn taħt.
Attributi tad-deskrizzjoni
- Uża l-kodiċijiet elenkati fit-tabelli ta' hawn taħt
eż. EUTM minflok TARIFFA TA' APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA' TRADEMARK TAL-UNJONI EWROPEA (EUTM) - Neħħi ż-żerojiet tal-bidu fin-numri u tużax spazji jew singijiet fin-numri tal-fax jew tat-telefown, għaliex dawn jużaw l-ispazju ta' xejn
- Jekk il-pagament huwa għal aktar minn trademark waħda jew disinn wieħed, speċifika biss l-ewwel u l-aħħar wieħed u mbagħad ibgħatilna d-dettalji kollha dwar liema trademarks jew disinji huma kkonċernati
eż. EUTM-3558961-3558969.
Eżempji
Tip ta' pagament | Eżempju ta' deskrizzjoni ta' pagamenti |
---|---|
Tariffa ta' Applikazzjoni (EUTM = trademark tal-Unjoni Ewropea) permezz ta' preżentata elettronika | EUTM-5104422 isem isem tat-trademark E-00031516-S REF. JSE06 |
Tariffa ta' Applikazzjoni (RCD = disinn Komunitarju Rreġistrat) permezz ta' preżentata elettronika | RCD REF. JSE07 E-00031517-T |
Oppożizzjoni | EUTM-4325047 OPP isem tat-trademark |
Reġistrazzjoni internazzjonali | EUTM-4325047 INT |
Tiġdid (EUTM) | CTM-509936 RENEW |
Pagament lill-kont kurrenti Nru 1361 | ACC-1361 |
Kopji ċċertifikati | EUTM-1820061 COPIES |
Trasferiment ta' disinji multipli (l-ewwel 1420061 u l-aħħar 1420065) | RCD-1420061-1420065 TRANSF |
Kodiċijiet uffiċjali (skont l-importanza)
Kodiċi | Deskrizzjoni | Eżempju |
---|---|---|
ACC | Pagament lill-kont kurrenti | ACC-1361 |
OWN, REP | ID tas-Sid, ID tar-Rappreżentant (jekk magħruf) | REP-10711 |
EUTM, RCD | Numru tat-trademark jew tad-disinn | EUTM-5104422 RCD-1698 |
Isem tat-trademark jew tad-disinn | isem tat-trademark | |
REF | Referenza interna tal-applikant | REF. JSE06 |
OPP, REC, RENEW, INSP, INT, TRANSF, INV, CONV, COPIES. APP | Kodiċi tal-operazzjoni: Oppożizzjoni, Reġistrazzjoni, Tiġdid, Spezzjoni, Reġistrazzjoni Internazzjonali, Trasferiment, Invalidità, Konverżjoni, Kopji Ċċertifikati, Appell | OPP INT INV APP |
FAX | Numru tal-fax | FAX(49)07511245574 |
Attribut tal-ispeditur
- Uża isem li jista' jiġi identifikat bħala min qed iħallas, applikant (sid jew rappreżentant), opponent jew speditur
- Għall-isem ta' min qed iħallas, uża biss l-isem, mingħajr abbrevjazzjonijiet bħal DIPL.-ING. PHYS, PATENT OFFICE
- Uża l-istess forma ta' identifikazzjoni għall-pagamenti fil-ġejjieni.
- Eżempji għall-indirizz:
Isem ta' min qed iħallasMARY MOCHANIndirizz ta' min qed iħallas7 LOCH LONGKodiċi postali u belt ta' min qed iħallasGLASGOW G742EL