Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Trade marks fl-Unjoni Ewropea

Fejn tirreġistra

Fl-UE, hemm sistema ta' erba' rotot biex tirreġistra t-trade marks. X'tagħżel jiddependi mill-bżonnijiet tan-negozju tiegħek.

Ejja ngħidu li teħtieġ protezzjoni biss f'wieħed mill-Istati Membri tal-UE; forsi fejn hu bbażat in-negozju tiegħek bħalissa, jew fejn tixtieq tagħmel il-kummerċ. Tista' tagħmel applikazzjoni għal trade mark direttament fl-uffiċċju nazzjonali relevanti tal-IP. Din hija r-rotta nazzjonali. Iċċekkja l-lista sħiħa ta' uffiċċji nazzjonali.

Jekk tixtieq protezzjoni fil-Belġju, fin-Netherlands u/jew fil-Lussemburgu, tista' tapplika fil-Benelux Office of Intellectual Property (BOIP), l-uniku uffiċċju tal-IP fuq livell reġjonali fl-UE, għall-protezzjoni tat-trade mark f'dawk it-tliet Stati Membri. Din hija r-rotta reġjonali.

Jekk tixtieq protezzjoni f'iktar Stati Membri tal-UE, tista' tapplika għat-trade mark tal-UE mill-EUIPO - din hija r-rotta Ewropea. Applikazzjoni online mal-EUIPO tqum €850 u tiġi ppreżentata f'lingwa waħda biss. Meta nirċievu l-applikazzjoni tiegħek niċċekkjawha u nipproċessawha, u ladarba tkun irreġistrata, it-trade mark tiegħek tkun tista' tiġġedded b'mod indefinit kull 10 snin.

Is-sistemi nazzjonali, reġjonali u tal-UE huma kumplimentari, u jaħdmu b'mod parallel ma' xulxin.

Trade marks nazzjonali u trade marks reġjonali huma meħtieġa għal utenti li ma jridux jew ma jeħtiġux protezzjoni tat-trade marks tagħhom fuq livell tal-UE.

It-trade marks tal-UE jagħtu protezzjoni fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni, għal dawk li jixtiequ dik l-opzjoni.

 

Ir-raba' rotta għall-protezzjoni fl-UE hija r-rotta internazzjonali. Tista' tuża l-applikazzjoni għal trade mark nazzjonali,reġjonali jew tal-UE biex tespandi l-protezzjoni tiegħek internazzjonalment, għal kwalunkwe pajjiż firmatarju fil-Protokoll ta' Madrid. Sir af aktar dwar ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali.

Livell nazzjonali, permezz tal-uffiċċji nazzjonali tal-UE tal-IP.

Livell reġjonali reġistrazzjni fil-Belġju, in-Netherlands u/jew il-Lussemburgu, permezz tal-BOIP.

protezzjoni fl-UE kollha (l-Istati Membri kollha tal-UE) permezz tal-EUIPO.

Reġistrazzjoni internazzjonali permezz tal-WIPO.

 

Il-benefiċċji ta' trade mark irreġistrata

  • Tipproteġilek il-valur tad-ditta tiegħek
  • Tibni assi
  • Tiddefendik minn marki rivali
  • Tiddefenixxi d-drittijiet tiegħek
  • Tipprevjeni l-falsifikazzjoni u l-frodi

Il-benefiċċji ta' reġistrazzjoni ta' trade mark tal-Unjoni Ewropea

  • Reġistrazzjoni unika — ppreżentata online, f'lingwa waħda — hija valida fl-Istati Membri kollha tal-UE.
  • It- trade mark tal-UE tagħti dritt esklussiv lill-proprjetarju fl-Istati Membri tal-UE preżenti u futuri kollha bi prezz raġonevoli.
  • Tista' tinforza t-trade mark tiegħek f'suq ta' kważi 500 miljun konsumatur.
  • Trademark tal-UE hija valida għal 10 snin. Tista' tiġġedded kemm-il darba, kull darba 10 snin għal kull tiġdid.

Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark

Jekk diġà applikajt, jew irreġistrajt, it-trade mark tiegħek f'parti oħra tad-dinja, tista' tikseb trade mark tal-UE, meta tagħmel 'reġistrazzjoni internazzjonali (IR)', billi tagħżel l-UE fuq il-formola ta' applikazzjoni. Tista' tagħmel dan billi tuża dik li hija magħrufa bħala s- Sistema ta' Madrid, li hi mmexxija mill- Uffiċċju Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) f'Ġinevra.

 
This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.