Riżultati tat-tiftix avvanzat
Ir-riżultati qed jintwerew taħt l-istess tab li fih qed tagħmel it-tiftix.
eSearch juri massimu ta' 15-il riżultat f'kull paġna. Biex tmur fuq paġna oħra ta' riżultati tat-tiftix, ikklikkja fuq wieħed min-numri tal-paġni li tara fin-naħa ta' fuq fil-kantuniera fuq il-lemin jew, biex tara l-paġna li jmiss b'ordni, ikklikkja fuq waħda mill-vleġeġ, tal-lemin jew tax-xellug.
In-numru totali ta' riżultati tat-tiftix jintwera maġenb l-intestatura tat-tab, pereżempju 197 riżultat(i) tat-tiftix f'14-il paġna f'0.338 sekonda. L-informazzjoni dwar in-numru ta' riżultati, in-numru ta' paġni u l-ħin meħud biex ġiet ipproċessata t-talba jintwera fuq ir-riżultati.
Skont it-tab tat-tiftix inkwistjoni, jintwerew ikoni jew għażliet differenti fuq il-lista tar-riżultati:
- Issettja twissija (it-tabs tat-Trademarks u Disinni)
It-twissijiet jistgħu jiġu ssettjati billi tikklikkja fuq din l-ikona
. Aqra aktar dwar it-twissijiet hawnhekk
- RSS feed (it-tabs kollha)
L-għażla li tabbona għall-RSS feeds (sabiex tara b'mod frekwenti informazzjoni aġġornata) tista' tintgħażel billi tikklikkja fuq l-ikona
- PDF (it-tabs kollha)
Ir-riżultati fil-paġna li qed tara jistgħu jintwerew ukoll f'format PDF billi tikklikkja fuq l-ikona PDF
N.B.: Peress li l-applikazzjoni hija ssettjata b'mod awtomatiku biex turi massimu ta' 15-il riżultat kull paġna, il-PDF se jinkludi biss l-ewwel 15-il riżultat. Biex tikkompila PDF b'aktar riżultati, mur għall-paġna li jmiss u erġa' klikkja fuq l-ikona PDF. Irrepeti dan il-proċess kif meħtieġ. Tista' wkoll tikkonfigura mill-ġdid l-applikazzjoni sabiex turi aktar riżultati għal kull paġna billi tuża l-menu li jinżel fuq in-naħa tal-lemin tal-linja li fiha l-informazzjoni dwar in-numru ta' riżultati.
- vCard (it-tabs tad-Detentur u tar-Rappreżentanti)
Mit-taqsima tar-riżultati tat-tabs tad-detenturi u t-tabs tar-rappreżentanti tista' tiġi aċċessata vCard, li hija format standard ta' fajl għal kards tan-negozju elettroniċi, li jinkludi l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefown, l-indirizz elettroniku u informazzjoni oħra ta' kuntatt, billi tikklikkja fuq l-ikona
fuq in-naħa tal-lemin.
- Il-filtrazzjoni tar-riżultati tat-tiftix
Ir-riżultati tat-tiftix avvanzat jistgħu jiġu ffiltrati (ikklikkja fuq 'Ara l-filtri' fuq in-naħa tal-lemin fuq ir-riżultati) permezz ta' kriterji stabbiliti minn qabel:
- għat- trademarks tal-UE: EUTM u status ta' reġistrazzjoni ta' trademarks internazzjonali, taqsima tal-pubblikazzjoni, klassi ta' Nizza u t-tip ta' trademark
- għal disinji Komunitarji reġistrati: status RCD, klassi Locarno, taqsima tal-pubblikazzjoni u l-pajjiż tad-detentur
Irfina t-tiftix tiegħek
Tista' tirfina t-tiftix tiegħek mingħajr ma terġa' tmur lura għall-iskrin tat-tiftix avvanzat billi tikklikkja fuq waħda mill-'Karatteristiċi' elenkati fil-kolonna.It-tiftix se jiġi rfinat billi jikkunsidra l-kriterju l-ġdid. Dan il-pass jista' jiġi rripetut biex iżżid aktar kriterji mat-tiftix tiegħek.
Biex tara r-riżultati fid-dettall skrollja 'l isfel fil-paġna.