Twissijiet
Sabiex taċċessa t-taqsima Twissijiet, ikklikkja fuq it-tab “Twissijiet” fin-naħa tal-ġenb tal-menù tal-User Area tiegħek.

L-interfaċċa tat-twissijiet hija maqsuma f’żewġ taqsimiet: Messaġġi ta’ twissija u Konfigurazzjoni.
Taqsima tal-messaġġi ta’ twissija
Meta tiġi attivata twissija, id-data tal-attivazzjoni, it-tip ta’ twissija (twissija tad-dominju EUTM/RCD/.eu, twissija ta’ Kalendarju) u l-messaġġ ta’ twissija jintwerew f’tabella f’din it-taqsima, minn fejn jistgħu jiġu ssettjati wkoll twissijiet ġodda.
Taqsima tal-konfigurazzjoni
F’din it-taqsima, tista’ toħloq twissija ġdida jew teditja/tħassar twissija eżistenti. It-twissijiet tal-kalendarju u t-twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu jintwerew f’tabs separati.
- Tipi ta’ twissijiet
Jistgħu jiġu ssettjati żewġ tipi ta’ twissijiet: Twissijiet tal-kalendarju u twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu.
Twissija tal-kalendarju
Twissija tal-kalendarju hija twissija bażika li tippermetti lill-utent jissettja tfakkira għal ċerta data.Twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu
Hemm żewġ tipi ta’ twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu, u t-tnejn li huma jistgħu jiġu attivati mill-magna ta’ tiftix tagħna eSearch plus.Twissija ta’ monitoraġġ
Twissija ta’ monitoraġġ tista’ tiġi ssettjata biex timmonitorja avvenimenti speċifiċi, bħal:- bidla fl-istatus ta’ trademark;
- jekk wasalx iż-żmien għat-tiġdid tat-trademark/tad-disinn;
- bidla tas-sjieda/tar-rappreżentant;
- l-għeluq tal-perjodu ta’ oppożizzjoni;
- reġistrazzjoni identika tad-dominju .eu
Twissija ta’ osservazzjoni
Din it-twissija hija bbażata fuq il-kriterji magħżula għal tiftix avvanzat minn utent li jinsab illoggjat, u tiġi attivata jekk trademark oħra jew disinn ieħor jikkonforma ma’ dawk il-kriterji. - Tabs ta’ azzjonijiet
Hawn taħt issib lista ta’ tabs ta’ “azzjonijiet” disponibbli fit-taqsima tat-Twissijiet u l-funzjonijiet tagħhom. Biex tattivahom, immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti fil-lista (fid-dehra fid-dettall).
Oħloq twissija ġdida
Din l-opzjoni hija disponibbli kemm fit-taqsima “Messaġġi ta’ twissija” kif ukoll fit-taqsima “Konfigurazzjoni”.Ħassar
Din l-opzjoni hija disponibbli kemm fit-taqsima “Konfigurazzjoni” kif ukoll fit-tab “Arkivju” tat-taqsima “Messaġġi ta’ twissija”.- Sabiex tħassar twissija, ikklikkja fuq l-ikona ta’ salib griż
fuq in-naħa tal-lemin tal-entrata/entrati rilevanti. Is-sistema tistaqsik jekk intix żgur li trid tkompli.
- Immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti u kklikkja fuq il-buttuna “Ħassar” fuq it-tabella (jistgħu jintgħażlu diversi elementi). Se tidher tieqa li titla’ li permezz tagħha inti tista’ taċċetta jew tikkanċella t-tħassir. Din l-opzjoni mhijiex disponibbli għat-tab tal-inbox tat-taqsima “Messaġġi ta’ twissija”.
Azzjonijiet disponibbli fit-taqsima “Messaġġi ta’ twissija”
Arkivju
Hemm żewġ metodi ta’ kif tista’ tarkivja twissija:
- Fit-tab tal-“Inbox”, ikklikkja fuq l-ikona ta’ salib griż fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti. Is-sistema se tistaqsik jekk intix żgur li trid tkompli.
- Fit-tab tal-“Inbox”, immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti u mbagħad ikklikkja fuq il-buttuna “Arkivju” fuq it-tabella (jistgħu jintgħażlu diversi elementi). Tidher tieqa li titla’ li permezz tagħha inti tista’ taċċetta jew tikkanċella l-azzjoni li ħaditek fit-tab “Arkivju”.
N.B.: Twissijiet fl-Inbox jiġu arkivjati awtomatikament wara 30 ġurnata.
Ibgħat lil
Tista’ tibgħat kopja tal-informazzjoni dwar it-twissija lil indirizz elettroniku tal-għażla tiegħek (huma disponibbli diversi għażliet). Sabiex tagħmel dan, immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti, imbagħad ikklikkja fuq il-buttuna “Ibgħat lil” u agħżel bejn l-opzjonijiet “L-email tiegħi” jew “Email oħra”.Jekk tagħżel l-opzjoni “L-email tiegħi”, l-indirizz tal-email jimtela b’mod awtomatiku bl-indirizz tal-email marbut mal-kont tal-User Area tiegħek.
Jekk tagħżel l-opzjoni “Email oħra”, ikollok bżonn iddaħħal l-indirizz tal-email tar-riċevitur fil-kaxxa korrispondenti.
Tista’ żżid ukoll nota fil-kaxxa “Nota”.
Azzjonijiet disponibbli fit-taqsima “Konfigurazzjoni”
Ixgħel
Hemm żewġ modi kif tista’ tixgħel it-twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu u t-twissijiet tal-Kalendarju:
- Ikklikkja fuq l-ikona tal-buttuna griża fuq in-naħa tal-lemin tal-entrata rilevanti. L-ikona ssir ħadra hekk kif it-twissija tiġi attivata.
- Immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti, imbagħad ikklikkja fuq il-buttuna “Ixgħel” (jistgħu jintgħażlu diversi elementi). L-ikona ssir ħadra hekk kif it-twissija tiġi attivata.
Itfi
Hemm żewġ modi kif tista’ titfi t-twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu u t-twissijiet tal-Kalendarju:
- Ikklikkja fuq l-ikona tal-buttuna ħadra fuq in-naħa tal-lemin tal-entrata rilevanti. L-ikona ssir griża hekk kif it-twissija tiġi diżattivata.
- Immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti, imbagħad ikklikkja fuq il-buttuna “Ixgħel”. L-ikona ssir griża hekk kif it-twissija tiġi diżattivata.
Editja twissija
Sabiex teditja twissija, ikklikkja fuq l-ikona ta’ lapes griżfuq in-naħa tal-lemin tal-entrata rilevanti.
Twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu
Meta tikklikkja fuq l-ikona ta’ lapes se tiġi dirett/a mill-ġdid għal eSearch plus, fejn tista’ teditja t-twissija tiegħek.Twissija tal-kalendarju
Meta tikklikkja fuq l-ikona ta’ lapes, tidher tieqa li titla’, fejn inti tista’ teditja d-dettalji u mbagħad terġa’ tissettja t-twissija. - Sabiex tħassar twissija, ikklikkja fuq l-ikona ta’ salib griż
- L-issettjar ta’ twissija tal-Kalendarju
It-twissijiet tal-kalendarju huma ssettjati fit-taqsima “Twissijiet” fil-User Area.
- Ikklikkja fuq il-buttuna “Oħloq twissija ġdida”.
- Agħżel l-opzjoni “Kalendarju”. Se tinfetaħ tieqa li titla’.
- Ikklikkja fuq il-kaxxa “Data ta’ attivazzjoni”, imbagħad jintwera kalendarju; daħħal id-data ta’ attivazzjoni.
- Daħħal messaġġ ta’ twissija.
- Agħżel il-kaxxa li tiġi mmarkata jekk trid tirċievi t-twissija permezz tal-email ukoll.
- Ikklikkja fuq il-buttuna “Issettja twissija”.
- L-issettjar ta’ twissija tad-dominju EUTM/RCD/.eu.
Twissija ta’ osservazzjoni
It-twissijiet ta’ osservazzjoni jistgħu jiġu ssettjati mit-taqsima Twissijiet fil-User Area billi tikklikkja fuq “twissija tad-dominju tal-EUTM/RCD/.eu” jew direttament minn eSearch plus.- Ikklikkja fuq il-buttuna “Oħloq twissija ġdida”.
- 2. Agħżel l-opzjoni “twissija tad-dominju EUTM/RCD/.eu”. Se tinfetaħ tieqa li titla’.
- Agħżel “Aċċetta”.
- Se tinfetaħ il-funzjonalità ta’ tiftix avvanzat ta’ eSearch plus.
- Agħżel il-kriterji meħtieġa tiegħek mill-opzjonijiet ta’ tiftix avvanzat u kklikkja fuq il-buttuna “Fittex”.
- Ikklikkja fuq l-ikona ta’ megafon
li tidher fuq ix-xellug fin-naħa ta’ fuq tat-tabella. Se tinfetaħ tieqa li titla’.
- Semmi t-twissija tiegħek billi tuża waħda mill-opzjonijiet ta’ hawn taħt:
- agħżel l-isem ta’ twissija eżistenti li nħolqot preċedentement permezz tal-menu li jinżel;
- oħloq isem ġdid billi ddaħħal l-isem fil-kaxxa tat-test.
- Immarka l-kaxxa “Irċievi twissija permezz tal-email” jekk trid li kopja tat-twissija tintbagħat fl-indirizz email tiegħek.
- Ikklikkja fuq il-buttuna “Issettja twissija”.
Se jidher avviż fil-qiegħ tat-tieqa li titla’ meta t-twissija tkun inħolqot b’suċċess.
Twissija ta’ monitoraġġ
It-twissijiet ta’ monitoraġġ huma ssettjati mit-taqsima dehra fid-dettall tat-trademark jew tad-disinn tal-eSearch wara li jitwettaq tiftix bażiku jew avvanzat.- Ikklikkja fuq il-buttuna “Issettja twissija” fuq il-lemin tan-naħa ta’ fuq tad-dehra fid-dettall. Se tinfetaħ tieqa li titla’, fejn inti tista’ timmarka l-kaxxi biex tiddetermina liema bidliet tal-istatus għal EUTM jew RCD tixtieq timmonitorja.
Għat-twissija tad-dominju .eu, agħżel il-kaxxa ta’ kontroll “Reġistrazzjonijiet simili tad-dominju .eu”. - Semmi t-twissija tiegħek billi tuża waħda mill-opzjonijiet ta’ hawn taħt:
- agħżel l-isem ta’ twissija eżistenti li nħolqot preċedentement permezz tal-menu li jinżel;
- oħloq isem ġdid billi ddaħħal l-isem fil-kaxxa tat-test.
- Immarka l-kaxxa “Irċievi twissija permezz tal-email” jekk trid li kopja tat-twissija tintbagħat fl-email tiegħek.
- Ikklikkja fuq il-buttuna “Issettja twissija”.