Proċedura ta’ Applikazzjoni u Reġistrazzjoni
Aktar informazzjoni.
- preżentata elettronika - applikazzjonijiet online permezz tal-User Area,
- bil-posta,
- b’servizz ta’ kurrier speċjali.
Barra minn hekk, trid tintgħażel it-tieni lingwa mill-ħames lingwi tal-Uffiċċju li ġejjin: l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan jew l-Ispanjol. It-tieni lingwa trid tkun differenti mill-ewwel lingwa li ntgħażlet u tintuża bħala lingwa għal oppożizzjoni possibbli u/jew għal proċeduri ta’ kanċellazzjoni.
Korrispondenza rigward fajl speċifiku trid dejjem tiġi ppreżentata permezz ta’:
- User Area
- posta
- servizz ta’ kurrier speċjali
- kunsinna bl-idejn (*).
* Kunsinna bl-idejn: jekk jogħġbok imla u ġib ir- Riċevuta ta’ Kunsinna ta’ Dokument tagħna b’mod duplikat għal kull fajl li tixtieq tissottometti. Innota li sa mill-1 ta’ Ottubru 2017, il-kunsinni personali ta’ kwalunkwe dokument relatat mat-trademarks tal-UE mhux se jibqgħu aċċettabbli. Kull tali dokument ippreżentat b’kunsinna personali jitqies li ma ġiex riċevut.
Fl-eventwalità ta’ inkonsistenza jew diskrepanza bejn il-verżjoni Ingliża u kwalunkwe verżjoni lingwistika oħra ta’ din il-pubblikazzjoni, il-verżjoni Ingliża tipprevali.
Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Mistoqsijiet Frekwenti dwar ir-regolament il-ġdid tal-UE dwar it-trademark.
Hu importanti li tapplika għall-klassijiet ta’ oġġetti u servizzi allinjati man-negozju tiegħek għaliex dan ikollu influwenza diretta fuq kemm hi protetta t-trademark tal-UE tiegħek.
Aktar informazzjoni dwar il-Klassifikazzjoni ta’ Nizza tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) fuq http://www.wipo.int
Qabel ma jippreżentaw applikazzjoni, l-utenti jistgħu:
- ifittxu fil-kontenut tal-HDB billi jużaw l-għodda TMclass tal-Uffiċċju;
- jużaw il-Goods and Services builder, li jiggwidahom tul il-proċess biex joħolqu l-lista ta’ oġġetti u servizzi tagħhom skont il-bażi tat-terminoloġija mill-HDB.
Jekk tixtieq iżżid klassijiet ġodda ta’ prodotti u/jew ta’ servizzi wara li tkun ġiet irreġistrata l-applikazzjoni tiegħek għal trademark tal-UE, inti meħtieġ li tressaq applikazzjoni ġdida għal trademark tal-UE bil-klassijiet il-ġodda li tixtieq tkopri.
Aktar informazzjoni dwar il-klassijiet tal-prodotti u/jew ta’ servizzi
Il-prattika tal-Uffiċċju dwar l-emendi tar-rappreżentazzjoni tal-marka hija stretta ħafna. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-Linji Gwida. Parti B, Eżaminazzjoni, Sezzjoni 2, Formalitajiet, paragrafu 15 għal aktar dettalji.
- Ħallas bil-quddiem - jekk qed tħallas permezz ta’ kont kurrenti, jekk jogħġbok innota li se jkollok bżonn taċċetta li tiġi ddebitat minnufih. Jekk qed tħallas permezz ta’ trasferiment bankarju, trid tagħmel it-trasferiment minnufih wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Jekk jogħġbok uża l-kodiċi tat-tranżazzjoni bankarja fornut fl-irċevuta.
- Uża l-formola ppreparata li trid tittieħed il-bank tiegħek (li tinsab fl-irċevuta ta’ konferma tiegħek ladarba tkun imlejt l-applikazzjoni).
- Ikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-Fast Track* billi tagħżel il-prodotti u s-servizzi adegwati (jekk jogħġbok ikkonsulta l-Bażi ta’ Data Armonizzata għal aktar informazzjoni).
* Jekk ma tinstab l-ebda oġġezzjoni matul il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, il-fajl tiegħek jiġi trattat b’aktar ħeffa.
Iktar informazzjoni rigward il-proċess ta’ reġistrazzjoni kollu, li jinkludi l-proċess sal-pubblikazzjoni.
Informazzjoni addizzjonali:
- sjieda (“Tab tal-applikanti barra miż-ŻEE)
- rappreżentanza professjonali
Artikolu 7 tal-EUTMRjelenka r-raġunijiet assoluti għal rifjut. Applikazzjonijiet għal trademark li mhumiex irrifjutati f’dan l-istadju huma ppubblikati. Ara s-sekwenza sħiħa tar-reġistrazzjoni.
Ir-raġunijiet assoluti għal rifjut għandhom ikunu distinti mir-raġunijet relattivi għal rifjut, li huma eżaminati biss jekk, wara l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal EUTM, tkun ġiet ippreżentata oppożizzjoni waħda jew aktar minn xi parti terza fuq il-bażi ta’ dritt wieħed preċedenti jew aktar li jkunu kontradittorji, bħal pereżempju trademark preċedenti.
L-EUIPO mhux se jeżamina r-raġunijiet relattivi għal rifjut ex officio. Dawn jistgħu jitqajmu biss minn partijiet terzi fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni jew fi proċedimenti ta’ kanċellazzjoni, wara r-reġistrazzjoni ta’ trademark tal-UE. Kun af x’inhuma t-tariffi korrispondenti u ara d-differenzi billi tagħżel it-tab “oppożizzjoni” fuq il-paġna tal-Proċess ta’ Reġistrazzjoni.
Drittijiet preċedenti, imqajma f’oppożizzjoni jew f’applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, jippreġudikaw ir-reġistrazzjoni ta’ trademark tal-UE, anke jekk huma jeżistu fi Stat Membru wieħed biss tal-Unjoni Ewropea. Iżda l-każijiet fejn applikazzjoni għandha tiġi rrifjutata minħabba li l-marka tikkostitwixxi terminu mhux distintiv jew deskrittiv jew ġeneriku f’lingwa waħda tal-Unjoni Ewropea biss (u mhux waħda mil-lingwi kummerċjali ewlenin tad-dinja tagħhom) mhumiex daqshekk frekwenti. Il-proċedura ta’ oppożizzjoni jew ta’ invalidità quddiem l-EUIPO, f’ċerti każijiet sejra toffri biżżejjed libertà għal ftehim amikevoli.
Aktar informazzjoni dwar l-użu u d-difiża tat-trademark tal-UE tiegħek.
Jekk trademark tal-UE ma tibqax teżisti, tista’ tiġi kkonvertita fi trademarks li huma validi f’ċerti Stati Membri. Konverżjoni hija partikolarment utli biex jingħelbu problemi possibbli bil-karattru unitarju tal-EUTM.
Pereżempju, jekk it-trademark tal-Unjoni Ewropea tiffaċċja problema ta’ reġistrazzjoni f’pajjiż wieħed jew f’ċerti pajjiżi għal raġunijiet assoluti jew minħabba oppożizzjoni bbażata fuq dritt preċedenti validu f’pajjiż wieħed biss jew f’ċerti pajjiżi, l-applikant tal-EUTM jista’ japplika biex l-EUTM tiġi kkonvertita f’applikazzjonijiet għal trademark nazzjonali, individwali fil-pajjiżi l-oħra li mhumiex affettwati b’dawn ir-raġunijiet.
Reġistrazzjonijiet internazzjonali jistgħu jiġu kkonvertiti f’applikazzjonijiet għal trademark nazzjonali ta’ Stati Membri tal-UE u f’deżinjazzjoni ta’ partijiet kontraenti għall-Ftehim ta’ Madrid jew il-Protokoll ta’ Madrid tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO).
Ara l-Linji Gwida, Parti E, Reġistrar tal-Operazzjonijiet, Taqsima 2, Konverżjoni għal iktar dettalji.
Trasformazzjoni tippermetti li marka ċentralment attakkata tiġi trasformata f’applikazzjoni diretta għal EUTM iżda ma tippermettix il-konverżjoni ta’ deżinjazzjoni tal-UE fi preżentati nazzjonali.
Aktar dettalji dwar il-prinċipji u l-formalitajiet ta’ konverżjoni jistgħu jinstabu fil-Linji Gwida, Parti E, Reġistrar tal-Operazzjonijiet, Taqsima 2, Konverżjoni u Parti M, Marki Internazzjonali.
Il-Formola Avvanzata tagħna tfasslet sabiex tavżak meta l-applikazzjoni tiegħek tkun Fast Track u meta ma tkunx. Jekk l-applikazzjoni tiegħek ma tissodisfa l-ebda kundizzjoni tal-Fast Track, il-formola tindika dan. Imbagħad tkun tista’ tiddeċiedi jekk tagħmilx il-korrezzjonijiet indikati fil-formola, jew sempliċiment tipproċedi b’applikazzjoni regolari. Applikazzjonijiet standard normalment jiġu ppubblikati fi żmien 8 ġimgħat sa 11-il ġimgħa wara li jsir il-pagament.
Jekk l-applikazzjoni tiegħek għal trademark tissodisfa l-Kundizzjonijiet Fast Track, se tara logo tal-Fast Track li jidher ’il fuq mill-iskeda taż-żmien tat-trademark tiegħek fl-eSearch plus.
Ara l-lista sħiħa tal-Kundizzjonijiet Fast Track.
“Numru tal-ID” huwa numru allokat mill-Uffiċċju biex jidentifika l-applikanti u r-rappreżentanti.
Ladarba l-applikant jew ir-rappreżentant ikun diġà ġie allokat “numru tal-ID” mill-EUIPO, f’applikazzjonijiet futuri ikun biżżejjed li jiġi indikat in-numru tal-ID flimkien mal-isem tal-applikant/tar-rappreżentant.
Mingħajr numru tal-ID, iridu jimtlew it-taqsimiet kollha tal-applikanti/tar-rappreżentanti.
Tista’ tippreżenta applikazzjoni billi:
- Toħloq Kont Web permezz tal-User Area;
- Tippreżentaha bl-użu tal-formola onlajn tagħna.
Ladarba l-applikazzjoni tiegħek tkun ġiet ivvalidata, is-sistema toħloq numru tal-applikazzjoni għal EUTM għalik.
- jiddistingwu l-oġġetti jew is-servizzi ta’ impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra, u
- jiġu rrappreżentati b’mod li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku li jiddeterminaw is-suġġett tal-protezzjoni b’ċarezza u preċiżjoni.
Ir-Regolament tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tat-trademark (EUTMIR) jistipula regoli u rekwiżiti speċifiċi għat-tipi l-aktar komuni ta’ trademarks.
Aktar eżempji ta’ trademarks u t-tipi tagħhom jistgħu jinstabu fuq is-sit web tagħna.
- elementi figurattivi biss;
- taħlita ta’ elementi verbali u figurattivi jew xi elementi grafiċi oħrajn;
- elementi verbali f’tipi mhux standard;
- elementi verbali bil-kulur;
- elementi verbali f’aktar minn linja waħda;
- ittri minn alfabeti mhux tal-UE;
- sinjali li ma jistgħux ikunu riprodotti minn tastiera;
- kombinazzjoni ta’ dawn ta’ hawn fuq.
Aktar informazzjoni rigward it-testi legali tat-trademark tal-UE.

Id-dikjarazzjoni għandha tkun ċara u mhux ambigwa, pereżempju, “Jien nirtira l-applikazzjoni għal trademark tal-UE numru XYZ”.
Billi l-Uffiċċju m’għandux formola stampata għall-irtirar ta’ applikazzjoni għal trademark tal-UE, tista' wkoll tibgħat komunikazzjoni mill-User Area tiegħek jew ittra (emails mhumiex aċċettati).
Skont ir-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar it-Trademark (EUTMR), hemm dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-protezzjoni ta’ marki kollettivi. Li tkun indikazzjoni biex isservi biex tintwera l-oriġini ġeografika tal-oġġetti u s-servizzi mhijiex ostaklu għar-reġistrazzjoni ta’ marka kollettiva. Dan huwa f’kuntrast ma’ trademark individwali tal-UE, fejn tali indikazzjoni ġeografika ma tistax tiġi rreġistrata.
Applikant għal marka kollettiva għandu jissottometti regolamenti li jirregolaw l-użu tagħha fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentata.
Tista’ ssib informazzjoni addizzjonali taħt l-Artikoli 74 sa 82 tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar it-Trademark (EUTMR) u fil-Linji Gwida Parti B, Eżaminazzjoni, Taqsima 4, Raġunijiet Assoluti għar-Rifjut, Kapitolu 15, Marki Kollettivi tal-Unjoni Ewropea.
Għal iktar informazzjoni dwar il-kostijiet differenti, jekk jogħġbok ikkonsulta t-tariffi li jitħallsu direttament fil-paġna tal-EUIPO.
Id-dritt tal-"prijorità tal-konvenzjoni" huwa dritt limitat fiż-żmien, li jiġi attivat bl-ewwel preżentata regolari ta’ trademark. Preżentata nazzjonali regolari hi kull preżentata li hi adegwata biex tiġi stabbilita d-data li fiha ddaħlet l-applikazzjoni fil-pajjiż ikkonċernat, ikun xi jkun id-destin sussegwenti tal-applikazzjoni (Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi). Din tista’ tintalab matul is-6 xhur wara l-ewwel preżentata.
Il-pretensjonijiet ta’ prijorità għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma’ applikazzjonijiet għat-trademark tal-UE jew f’komunikazzjoni separata ppreżentati fl-istess data bħall-applikazzjoni għal EUTM. Iktar dettalji dwar il-prinċipji u l-formalitajiet tal-pretensjonijiet ta’ prijorità ta’ konvenzjoni jistgħu jinstabu fil-Linji gwida, Parti B, Eżaminazzjoni, Taqsima 2, Formalitajiet, paragrafu 15, (Konvenzjoni) Prijorità, u fit-taqsima speċifika tal-Mistoqsijiet Frekwenti dwar ir-riforma leġiżlattiva.
Irid jiġi kkunsidrat li l-Uffiċċju se jippubblika l-pretensjoni ta’ pijorità “kif ġiet ippreżentata”, li jfisser li l-Uffiċċju mhux se jikkonferma l-validità tal-pretensjoni ta’ prijorità.
Għal informazzjoni dwar l-evidenza li trid tiġi provduta (kopja tal-ewwel applikazzjoni rilevanti, lingwa u limiti ta’ ħin) meta jkun hemm pretensjoni ta’ anzjanità jew ta’ prijorità, ara Deċiżjoni Nru EX-05-5 tal-President tal-Uffiċċju tal-01/06/2005.
Għal aktar spjegazzjoni ara l-Linji Gwida, Parti B, Eżaminazjoni, Taqsima 2, Formalitajiet.
Jekk jogħġbok aċċessa Il-formola avvanzata tagħna għal iktar informazzjoni dwar kif iżżid pretensjoni ta’ prijorità mal-applikazzjoni online tiegħek.
Iktar dettalji dwar il-prinċipji u l-formalitajiet tal-pretensjonijiet ta’ prijorità ta’ wirja jistgħu jinstabu fil-Linji gwida, Parti B, Eżaminazzjoni, Taqsima 2, Formalitajiet, paragrafu 16, Anzjanità.
Iktar dettalji dwar il-prinċipji u l-formalitajiet tal-pretensjonijiet ta’ anzjanità jistgħu jinstabu fil-Linji gwida, Parti B, Eżaminazzjoni, Taqsima 2, Formalitajiet, paragrafu 17, Anzjanità.
Għal informazzjoni dwar l-evidenza li trid tintwera meta jkun hemm pretensjoni ta’ anzjanità jew ta’ prijorità, ara d-Deċiżjoni Nru EX-05-5 tal-President tal-Uffiċċju tal-01/06/2005.
Għal aktar spjegazzjoni ara l-Linji Gwida, Parti B, Eżaminazjoni, Taqsima 2, Formalitajiet.
Jekk jogħġbok aċċessa Il-formola avvanzata għal iktar informazzjoni dwar kif iżżid pretensjoni ta’ anzjanità mal-applikazzjoni online tiegħek.
L-anzjanità għandha l-effett uniku taħt ir-Regolament tal-UE dwar it-trademark li, jekk il-proprjetarju tat-trademark tal-Unjoni Ewropea jċedi t-trademark preċedenti jew iħalliha tiskadi, il-proprjetarju jitqies li jkompli jgawdi mill-istess drittijiet daqslikieku t-trademark preċedenti baqgħet reġistrata.
Innota li l-anzjanità tista’ tintalab biss għal reġistrazzjoni preċedenti, u mhux għal applikazzjoni preċedenti.
Ir-reġistrazzjoni ta’ trademark tal-Unjoni Ewropea tagħti lill-proprjetarju drittijiet esklussivi fuqha. Id-drittijiet li jirriżultaw minn trademark tal-Unjoni Ewropea jipprevalu kontra partijiet terzi mid-data ta’ pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trademark.
Għal aktar informazzjoni rigward il-proċedura ta’ reġistrazzjoni ta’ trademark tal-UE, jekk jogħġbok żur il-paġna tal-Proċess ta’ Reġistrazzjoni .
- eżami tal-applikazzjoni,
- oppożizzjoni (biss jekk l-applikazzjoni għal trademark tal-UE kienet soġġetta għal oppożizzjoni),
- reġistrazzjoni.
Tista’ tiġi sottomessa talba għal tiġdid online bl-użu tal-formola ta’ talba ta’ tiġdid.
Għal aktar informazzjoni dwar it-tiġdid ta’ trademarks tal-UE, jekk jogħġbok ikkonsulta:
- il-Linji Gwida, Parti E, Reġistrar tal-Operazzjonijiet, Taqsima 4, Tiġdid
- it-taqsima Immaniġġja l-paġna, u
- t-Tiġdid fuq is-sit web.
Biex tiġi rreġistrata, trademark għandha tkun ‘inerentement distintiva’, jiġifieri, għandha tkun distintiva, mhux deskrittiva u m’għandhiex tikkonsisti fi kliem jew sinjali li s-soltu jintużaw f’lingwaġġ ta’ kuljum. Madankollu, bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, jista’ jiġi rreġistrat sinjal jekk l-applikant jippreżenta evidenza tal-karattru distintiv miksub tat-trademark permezz tal-użu. F’dan il-każ, iridu jippruvaw li mill-inqas proporzjon sinifikanti tal-pubbliku relevanti jipperċepixxi s-sinjal bħala trademark (jiġifieri li jidentifikaw il-prodotti u s-servizzi li għalihom saret pretensjoni fl-applikazzjoni bħala li joriġinaw minn impriża partikolari).
L-Uffiċċju se jeżamina biss il-karattru distintiv miksub ta’ trademark meta dan jintalab b’mod espliċitu mill-applikant, u qatt minn rajh. Il-pretensjoni ta’ karattru distintiv miksub trid tiġi ppreżentata jew bħala pretensjoni sussidjarja inkella bħala pretensjoni ewlenija.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l- Linji Gwida tagħna.
Jekk tippreżentapretensjoni sussidjarja, l-eżami tal-applikazzjoni jinqasam f’żewġ fażijiet. L-ewwel nett, l-Uffiċċju se jiddeċiedi biss dwar il-karattru distintiv tas-sinjal innifsu, u meta din id-deċiżjoni ssir finali, jindirizza biss il-pretensjoni ta’ karattru distintiv miksub u jieħu deċiżjoni formali dwar dan l-aspett. Kull deċiżjoni tista’ tiġi appellata fiha nnifisha u skont l-iskadenza rispettiva tagħha.
Huwa f’idejn l-applikant li jiddeċiedi liema tip ta’ pretensjoni għandu jippreżenta. Dan jiddependi mill-interessi tiegħu jew tagħha, pereżempju, il-ħeffa tal-proċedimenti tar-reġistrazzjoni, id-diffikultajiet fil-ġbir ta’ evidenza li ssostni l-pretensjoni ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu, jew anki l-importanza li jkun hemm deċiżjoni finali dwar il-karattru distintiv tat-trademark.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Linji Gwida tagħna.
Il-pretensjonijiet jistgħu jsiru fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, jew sakemm ma jkunx skadal-perjodu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ osservazzjonijiet bi tweġiba għall-ewwel ittra ta’ oġġezzjoni tal-Uffiċċju.
Il-pretensjoni nnifisha mhix biżżejjed; għandha tkun identifikata b’mod ċar u preċiż bħalaewlenija jew sussidjarja. Jekk it-tip ta’ pretensjoni ma jkunx ċar, l-Uffiċċju se joħroġ ittra ta’ nuqqas u jagħti limitu ta’ żmien lill-applikant biex jikkjarifika.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Linji Gwida tagħna.
Jekk l-applikant jagħmel pretensjoni ewlenija bħala risposta għall-ewwel ittra ta’ oġġezzjoni, iżda ma jippreżentax evidenza fl-istess ħin, l-Uffiċċju se joħroġ komunikazzjoni li titlob lill-applikant biex jippreżenta l-evidenza fi żmien xahrejn.
Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .
Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.