Il-formola għal applikazzjoni internazzjonali (IA) tippermetti lill-utenti rreġistrati biex jippreżentaw talba għal applikazzjoni għal trademark internazzjonali permezz tas-sistema tal-Protokoll taʼ Madrid amministrata mill-Uffiċċju Dinji tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO). L-IA tistaʼ tkun ibbażata fuq trademarks tal-Unjoni Ewropea (EUTMs) eżistenti, applikazzjonijiet għal trademark tal-Unjoni Ewropea (EUTMAs) jew kombinazzjoni tat-tnejn.
Din it-taqsima tispjega kif tippreżenta IA bbażata fuq EUTM(A) waħda jew diversi EUTM(A)s.
Il-formola hija disponibbli fi 23 mil-lingwi uffiċjali tal-UE.
Referenza
Ir-Referenza Tiegħek
Ir-referenza tiegħek għandha tikkonsisti minn sa 30 karattru alfanumeriku, bl-użu tal-alfabet Ruman: a-z, A-Z, 0-9. Tużax spazji.
Din ir-referenza hija għall-użu intern tiegħek; għal kwalunkwe mistoqsija futura rigward it-talba tiegħek, jekk jogħġbok uża r-referenza uffiċjali tal-EUIPO.
Lingwi
Il-lingwa tal-EUIPO
Din hija l-lingwa li għażilt biex tippreżenta l-IA lill-EUIPO. Jekk it-talba għal IA titnieda wara li tintgħażel EUTM minn e-Search, bʼmod awtomatiku dan il-qasam ikun fih l-ewwel lingwa tal-marka. Tistaʼ tinbidel għal kwalunkwe waħda mit-23 lingwa uffiċjali tal-UE li biha tistaʼ tkun ippreżentata applikazzjoni.
Il-lingwa tal-WIPO
Din hi l-lingwa li ser tkun ippreżentata biha l-applikazzjoni tiegħek lill-WIPO. Tistaʼ tkun biss l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol.
Il-lingwa tal-korrispondenza mal-EUIPO
Tistaʼ tagħżel jekk il-lingwa tal-korrispondenza mal-EUIPO tkunx il-lingwa tal-EUIPO jew tal-WIPO.
Il-lingwa tal-korrispondenza mal-WIPO
Tistaʼ tagħżel bejn it-tliet lingwi tal-Protokoll taʼ Madrid: l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ispanjol.
Traduzzjonijiet
It-traduzzjonijiet huma meħtieġa biss fejn l-applikazzjoni tiġi ppreżentata fʼlingwa differenti mil-lingwi tal-Protokoll taʼ Madrid (l-Ingliż, il-Franċiż, l-Ispanjol).
Jekk timmarka t-tieni opzjoni, jiġifieri, L-applikant jipprovdi traduzzjoni tal-lista taʼ prodotti u servizzi u l-elementi verbali fil-lingwa tal-WIPO, ikollok tippreżenta l-informazzjoni li ġejja fil-lingwa tal-WIPO, jekk applikabbli:
Kuluri kklejmjati, indikazzjoni tal-Kuluri, deskrizzjoni tal-Marka, Transliterazzjoni tal-marka, Ċaħda taʼ responsabbiltà.
EUTM/A bażika u dettalji tal-marka internazzjonali
IA tistaʼ tkun ibbażata fuq EUTM/A waħda jew ħafna EUTM/A(s). Fʼdin it-taqsima, tistaʼ jew iddaħħal in-numru tal-ID tal-EUTM(A) direttament jew tistaʼ tuża l-bażi taʼ data tal-eSearch tal-EUIPO biex issib l-EUTM(A)(s) bażiċi li jifformaw il-bażi tal-IA. Is-sistema turi d-dettalji bażiċi tal-entità magħżula u jekk iżżidha mal-formola, id-dettalji tal-marka internazzjonali jimtlew u jintwerew mal-informazzjoni relatata mill-marka.
Partijiet Kontraenti Indikati
Żid — tistaʼ żżid partijiet kontraenti kemm hemm bżonn fil-qasam ‘Partijiet kontraenti indikati’.
Meta żżid l-Istati Uniti bħala parti kontraenti indikata, fit-taqsima jintwera l-qasam ‘Intenzjoni għall-użu’, li tippermettilek ittella dokument mehmuż jew tindika li ser jiġi ppreżentat aktar tard.
Ħassar — tistaʼ wkoll tħassar partijiet kontraenti miżjuda preċedentement (kwalunkwe limitu relatat maʼ dik/dawk il-parti/partijiet kontraenti jitneħħa wkoll).
Prodotti u servizzi
Jekk tagħżel l-opzjoni Ir-reġistrazzjoni qed titfittex għall-istess prodotti u servizzi fl-applikazzjoni, in-numri tal-klassijiet u l-ispeċifikazzjoni taʼ prodotti u servizzi jkunu identiċi għal dawk fl-EUTM(A) bażika u ma jkunux jistgħu jiġu modifikat.
Jekk tagħżel l-opzjoni Ir-reġistrazzjoni qed titfittex għall-prodotti u s-servizzi li ġejjin fl-applikazzjoni, tkun tistaʼ:
- Tħassar klassi waħda jew aktar klassijiet. Sabiex tagħmel dan trid tikklikkja fuq is-simbolu x in-naħa taʼ fuq fix-xellug tan-numru tal-klassi.
- Immodifika t-termini inklużi fi klassi waħda. Tidher tfakkira tal-lingwa użata għall-edizzjoni tat-termini taħt kull numru tal-klassi wara l-għażla tal-utent fit-taqsima Lingwi.
Il-lista taʼ prodotti u servizzi tistaʼ tkun l-istess bħal fil-marka/marki bażika/bażiċi jew idjaq. Qatt ma tistaʼ tkun usaʼ mill-kamp taʼ applikazzjoni tal-protezzjoni tal-EUTM(A)(s).
Limitazzjonijiet
Din hi biex jintalbu limitazzjonijiet tal-lista taʼ prodotti u servizzi fir-rigward tal- partijiet kontraenti kollha jew taʼ xi wħud minnhom li għażilt.
Jekk tixtieq iżżid limitazzjoni, ikklikkja Żid Limitazzjoni u Agħżel il-parti(jiet) kontraenti fejn tixtieq tapplika l-limitazzjoni.
Tista’ tindika l-lista sħiħa limitata għal dik/dawk il-parti(jiet) kontraenti billi tagħżel il-klassijiet pertinenti kollha kif ġej:
Żid Klassi → Agħżel Klassi → Editja jekk meħtieġ → Issejvja.
Prijoritajiet
Jekk tixtieq tikklejmja prijorità tal-ewwel preżentata għall-istess trademark ippreżentata matul l-aħħar sitt xhur, agħżel l-‘Uffiċċju tal-Preżentati’ mil-lista li tinżel u:
- żid id-data tal-preżentazzjoni u n-numru tal-preżentazzjoni;
- agħżel li tikklejmja prijorità għall-klassijiet kollha jew xi wħud minnhom biss.
Jekk tagħżel l-opzjoni ‘Klassijiet magħżula’, tkun meħtieġ li tindika għal liema prodotti u servizzi tapplika l-klejm taʼ prijorità; bʼmod aktar speċifiku, ikollok l-opzjoni NeħħiKlassi jew Immodifikal-Prodotti u s-Servizzi li fiha.
Il-kalkolu tat-tariffa tal-WIPO
Tistaʼ tintroduċi l-informazzjoni relatata mal-ħlas tat-tariffi tal-WIPO. L-EUIPO jgħaddi l-informazzjoni lill-WIPO.
Ivvalida & Ippreżenta
Fʼdan l-istadju ser tara l-paġna tal-konferma li fiha d-dettalji tal-applikazzjoni kollha li tkun ser tippreżenta. Xorta tkun tistaʼ timmodifika d-data qabel tippreżentaha.
L-informazzjoni dwar il-firma hija obbligatorja. Huwa permess massimu taʼ żewġ firem. Billi tipprovdi l-informazzjoni dwar il-firma, tikkonferma li ċċekkjajt id-dettalji u li tixtieq tiffirma u tippreżenta l-formola tal-applikazzjoni.
Il-pass li jmiss huwa t-tieqa tal-ħlas fejn ser ikollok tagħżel il-metodu tal-ħlas għat-tariffa tal-immaniġġar tal-EUIPO.
Issejvja, Stampa u Rrisettja
Tista’ tagħmel ‘Issejvja’ l-formola tal-IA fil-‘User Area’ tiegħek. Meta tkun qed timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tista' tissejvja x-xogħol tiegħek fi kwalunkwe ħin bħala abbozz. Ikklikkja fuq ‘Issejvja l-Abbozz’ fil-kolonna tal-lemin tal-formola. L-abbozz jista' jiġi aċċessat mit-taqsima ‘Abbozzi’ fil-User Area tiegħek.
‘Issejvja d-data tal-formola fʼXML’ tippermettilek li tesporta l-informazzjoni fʼformat XML u li terġaʼ tużaha aktar tard bl-użu tal-opzjoni ‘Importa d-data mill-XML’
‘Stampa’ rieżami tal-formola tiegħek fi kwalunkwe ħin matul il-proċess tal-applikazzjoni.
‘Irrisettja’ — jekk trid terġaʼ tibda l-applikazzjoni tiegħek, ikklikkja ‘Irrisettja l-Formola’ u t-taqsimiet kollha li mlejt qabel jiġu żvujtati u l-informazzjoni titħassar.
Metodu u konferma tal-Ħlas
Tistaʼ tħallas it-tariffi tal-immaniġġar tal-formola IA bʼkarta taʼ kreditu, trasferiment bankarju, jew permezz taʼ kont kurrenti tal-EUIPO. L-EUIPO jipprovdi servizz online għad-detenturi taʼ kontijiet kurrenti li jagħti aċċess għat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni kollha tal-kont kurrenti tagħhom.
Jekk jogħġbok innota li jekk tiddeċiedi li tħallas bi trasferiment bankarju, huwa rrakkomandat li tieħu nota tal-kodiċi tat-tranżazzjoni tal-ħlas, għaliex dan ser jgħin jidentifika l-ħlas tiegħek. Tistaʼ ssib din ir-referenza fl-irċevuta li tistaʼ titniżżel li takkwista fl-aħħar.
Meta tikklikkja fuq “Ikkonferma l-ħlas”, l-applikazzjoni tiegħek ser tiġi sottomessa.