Lista ta' kontroll
Huwa importanti li tippjana bil-quddiem peress li l-applikazzjonijiet għal trademarks jistgħu jiġu miċħuda, f'liema każ ma tingħata l-ebda flus lura.
Il-maġġoranza tal-applikazzjonijiet jiġu miċħuda għaliex ħaddieħor ikun laħaq qabel, jew għaliex il-marka ma tkunx distintiva.
L-istrateġija tiegħek
Ċert li din hija l-marka korretta għalik? |
Iva Le Nixtieq nivverifika |
It-trademark li għażilt hija adattata għall-istrateġija ġenerali tal-portafoll tal-proprjetà intellettwali (PI) tiegħek? | ivverifika |
Trademark tal-Unjoni Ewropea
Tista' tiġi rrappreżentata b'mod ċar u objettiv? |
Iva Le Nixtieq nivverifika |
Hija distintiva iżda mhux deskrittiva? | ivverifika |
Ivverifikajt jekk il-marka teżistix diġà jew jekk teżistix waħda simili? | ivverifika |
Prodotti u servizzi
Għamilt lista tal-prodotti li tixtieq tbiegħ u/jew tas-servizzi li tixtieq toffri? |
Iva Le Nixtieq nivverifika |
Ivverifikajt għal liema kategorija tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza jappartjenu? | ivverifika |
Nixtiequ ġentilment infakkruk, li listi twal tal-prodotti u /jew is-servizzi jistgħu jwasslu għal għadd ta’ żvantaġġi, jiġifieri:
- riskju ogħla ta’ nuqqasijiet fil-klassifikazzjoni;
- dewmien fil-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-EUTM;
- żieda fir-riskju ta’ kunflitti ma’ trademarks oħra (oppożizzjonijiet);
- żieda fir-riskju ta’ trademark li eventwalment tiġi kkanċellata minħabba similarità ma’ marka preċedenti jew nuqqas ta’ użu tal-prodotti u/jew tas-servizzi rreġistrati kollha.
Sjieda
Trid tipprovdilna d-dettalji preċiżi tal-proprjetarju tal-marka. Għandek din l-informazzjoni? |
Iva Le Nixtieq nivverifika |
Teħtieġ rappreżentant? | ivverifika |
Jekk jogħġbok ftakar: Jekk m'intix ċert dwar liema marka għandek tagħżel, liema prodotti tixtieq titlob pretensjoni għalihom jew jekk it-trademark tiegħek hijiex konfliġġenti jew le ma' trademark oħra, inti għandek tfittex parir professjonali.