Avviż dwar il-protezzjoni tad-data
Il-protezzjoni tal-privatezza tiegħek hija importanti ħafna għall-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (l-“Uffiċċju”). Aħna nħossuna responsabbli mid-data personali li niġbru u nipproċessaw. Għaldaqstant, aħna impenjati li nirrispettaw u nipproteġu d-data personali tiegħek u li niżguraw li int tkun tista’ teżerċita b’mod effiċjenti d-drittijiet ta’ suġġett ta’ data tiegħek.
Din it-taqsima tiddeskrivi kif l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu (kif stipulat fil-liġi tal-UE) filwaqt li jipprovdilek il-prodotti u s-servizzi tiegħu.
REĠISTRU TAR-REKORDS
Reġistru Ċentrali L-EUIPO għandu l-obbligu legali li jżomm reġistru ċentrali ta’ rekords tal-attivitajiet ta’ pproċessar tad-data personali (l-Artikolu 31 tar-Regolament 2018/1725). Tista’ ssir taf aktar dwar ir-rekords tal-EUIPO ta’ attivitajiet ta’ pproċessar tad-data personali tiegħek fir-Reġistru Ċentrali tal-EUIPO. Għal aktar informazzjoni dwar ir-Reġistru Ċentrali tal-EUIPO, jekk jogħġbok ara l-mistoqsija 12 ta’ hawn taħt.
1. X’inhu l-qafas legali għall-protezzjoni tad-data applikabbli għall-EUIPO?
L-Uffiċċju jiġbor u jipproċessa d-data personali kollha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (“ir-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-UE”). Flimkien ma’ dan it-test, id-[Deċiżjoni Nru ADM-18-65 li timplimenta r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 fl-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea] tirregola wkoll l-ipproċessar ta’ data personali mill-EUIPO.
Ir-Regolament tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data, flimkien mar-regolament dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (UE) Nru 2017/1001 (“EUTMR”), ir-Regolament dwar id-Disinji Komunitarji (KE) Nru 6/2002 (“CDR”) u l-atti ta’ implimentazzjoni tagħhom, jistipulaw ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data applikabbli għall-Uffiċċju bħala aġenzija tal-UE.
Jekk jogħġbok ikkonsulta t-testi legali dwar it-trademarks tal-UE u t-testi legali dwar id-disinji Komunitarji għal aktar informazzjoni.
2. X’tipi ta’ data personali niġbru?
Id-data personali li tinġabar u li tiġi proċessata mill-Uffiċċju hi relatata miegħek bħala persuna fiżika.
L-Uffiċċju jikklassifika d-data personali f’żewġ kategoriji:
Data personali obbligatorja: din tirreferi għad-data personali neċessarja għal-prestazzjoni tal-kompiti mwettqin fl-interess pubbliku li ġew konferiti lill-Uffiċċju jew għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih ikun soġġett l-Uffiċċju. Hawn xi eżempji: ismek u l-indirizz tiegħek bħala applikant għall-finijiet tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal trademark jew disinn; id-dettalji tiegħek tal-login għas-servizzi online offruti mill-Uffiċċju għal finijiet ta’ awtentikazzjoni u ta’ sigurtà; u/jew ismek u l-indirizz tiegħek bħala opponent jiġu pproċessati u magħmulin disponibbli għall-pubbliku minħabba l-obbligu legali tal-Uffiċċju li jżomm reġistru pubbliku.
Data personali mhux obbligatorja: din tirreferi għal data personali pproċessata biss abbażi ta’ kunsens. Eżempji: ir-rekwiżiti tad-dieta u tal-mobbiltà tiegħek jekk tkun ser tattendi avveniment fl-Uffiċċju, jew in-numru tat-telefon tiegħek, in-numru tal-fax jew l-indirizz email meta int tagħżel li tagħmilhom disponibbli pubblikament. L-aċċess għal din id-data jkun ristrett għall-Uffiċċju u aħna nitolbu l-kunsens tiegħek sabiex nagħmluha disponibbli għall-pubbliku ġenerali.
Id-data tinġabar b'mezzi elettroniċi permezz tal-applikazzjonijiet tal-“back office” u “front office” tal-Uffiċċju.
Għal aktar informazzjoni dwar il-kategoriji tad-data personali pproċessata fi ħdan il-qafas tal-kompiti tal-Uffiċċju relatati mal-Proprjetà Intellettwali, jekk jogħġbok ara n-nota ta’ spjegazzjoni tal-EUIPO.
3. Għal xiex nużaw id-data personali tiegħek?
L-Uffiċċju jiġbor u jipproċessa d-data personali tiegħek għal diversi raġunijiet.
- L-amministrazzjoni tas-sistemi tat-trademark tal-UE (EUTM) u tad-disinji Komunitarji rreġistrati (RCD), b’mod konkret:
- l-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet u/jew tar-reġistrazzjonijiet inkluża kwalunkwe traduzzjoni tad-dokumenti meħtieġa;
- iż-żamma ta’ reġistru pubbliku;
- l-aċċess ta’ informazzjoni neċessarja sabiex il-proċedimenti rilevanti jitwettqu b’mod aktar faċli u effiċjenti.
- Il-promozzjoni tas-sistemi EUTM u RCD. Dan jirreferi għall-amministrazzjoni u l-promozzjoni tas-sistemi, li jippromwovu l-konverġenza tal-prattiki u l-għodod fil-qasam tat-trademarks u d-disinji, jew il-kompiti tal-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali. Id-data personali tiegħek tintuża sabiex nikkuntattjawk u ninfurmawk b’aħbarijiet dwar it-trademarks jew id-disinji, nistednuk għal seminars, workshops, u kwalunkwe komunikazzjoni oħra relatata mal-prodotti u s-serrvizzi tal-EUIPO.
- Il-ġestjoni tal-interazzjonijiet tal-utenti. Meta tikkuntattja liċ-Ċentru ta’ Informazzjoni tagħna permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli, l-Uffiċċju jiġbor u jipproċessa d-data personali tiegħek sabiex din tintuża biex int tingħata servizzi ta’ informazzjoni, jiġu ġestiti l-mistoqsijiet u l-ilmenti tiegħek u jittejbu l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi ta’ informazzjoni pprovduti. Dan jinkludi l-ġestjoni tad-data personali mill-Uffiċċju meta dan ikun qed jiġġestixxi, jiddiġitalizza u jissortja l-korrespondenza kollha li tidħol (posta, fax u xi komunikazzjonijiet elettroniċi). Għall-komunikazzjonijiet mal-Uffiċċju permezz ta' fax, l-Uffiċċju implimenta sistema tal-fax ibbażata fuq il-cloud sabiex id-disponibbiltà u r-reżiljenza ta’ dan is-servizz ikunu żgurati.
- Kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħrajn. L-Uffiċċju jikkoopera wkoll ma’ entitajiet oħrajn fir-rigward tal-kompiti mogħtijin lilu. B’riżultat ta’ din il-kooperazzjoni, id-data personali tiegħek tintuża għal:
- iż-żamma u l-forniment ta’ bażijiet ta’ data u portali komuni jew konnessi għal finijiet ta’ konsultazzjoni, tfittxija u klassifikazzjoni globali;
- il-forniment u l-iskambju kontinwi tad-data u l-informazzjoni.
- It-titjib tal-prodotti u s-servizzi tagħna. L-Uffiċċju juża d-data personali tiegħek sabiex jipproduċi stħarriġ, rapporti u statistika li tippermittielna nottimizzaw l-operat tiegħu u ntejbu l-funzjonament tas-sistema. Dan jinkludi l-ġbir u l-analiżi tal-feedback tiegħek sabiex intejbu l-esperjenza u l-livell ta’ sodisfazzjon tiegħek bl-Uffiċċju.
- L-organizzazzjoni ta’ avvenimenti, taħriġ u laqgħat. L-Uffiċċju jorganizza b’mod regolari avvenimenti, bħal taħriġ u laqgħat li jkunu miftuħin għall-pubbliku. Dan jirrikjedi l-ġestjoni tad-data personali tal-parteċipanti sabiex jiġu organizzati l-avvenimenti. Jekk tkun ser tipparteċipa f’avveniment pubbliku organizzat mill-Uffiċċju, id-data personali tiegħek tiġi ġestita kif inhu deskritt fid-Dikjarazzjonijiet dwar il-Privatezza speċifiċi li tista’ ssib f’mistoqsija 12.
- Proċessi ta’ reklutaġġ. Jekk tapplika għal post battal ippubblikat mill-Uffiċċju, id-data personali tiegħek tiġi ġestita kif inhu deskritt fid-Dikjarazzjoni dwar il-Privatezza speċifika li tista’ ssib f'mistoqsija 12. Jekk jogħġbok innota li applikazzjonijiet u/jew CVs li jintbagħtu mhux b’risposta għal sejħa mill-Uffiċċju ma jiġux ikkunsidrati u dejjem jitwarrbu.
- Il-ġestjoni tas-Sigurtà. Għas-sikurezza u s-sigurtà tal-binjiet u l-assi tiegħu, l-Uffiċċju implimenta proċess ta’ ġestjoni tas-sigurtà bbażat fuq ISO 27001. Dan jinkludi l-ġestjoni ta’ data personali marbuta ma’ viżitaturi fl-Uffiċċju, il-politika li tirregola s-sorveljanza bil-vidjo u ż-żamma ta’ rekords ra’ attività fis-sistemi tal-EUIPO, skont l-aħjar prattiki fil-qasam tas-sigurtà tal-informazzjoni.
- Akkwist pubbliku. Il-proċeduri ta’ akkwist kollha tagħna huma regolati mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Għal aktar informazzjoni dwar kif id-data personali tiegħek tiġi ġestita f’kull waħda miċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq, jekk jogħġbok ikkonsulta l-mistoqsija 12.
4. X’inhuma l-bażijiet legali li għalihom aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek?
L-Uffiċċju jiġbor u jipproċessa d-data personali tiegħek, primarjament, f’konformità mal-Artikolu 5.1(a) u (b) tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-UE:
- għall-prestazzjoni ta' kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta' awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni;
- għall-konformità ma' obbligu legali li għalih huwa soġġett l-Uffiċċju.
F’ċirkostanzi tassew speċifiċi, l-ipproċessar huwa bbażat fuq il-kunsens (l-Artikolu 5.1(d) tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-UE) jew bażi legali oħra, kif stabbilit mir-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-UE.
Kull darba li tiġi pproċessata d-data personali, il-proċess ikun regolat minn strumenti legali speċifiċi, bħal regoli ta’ implimentazzjoni, regoli interni, eċċ.
5. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek?
Il-pubbliku ġenerali għandu aċċess għal data relatata ma’ informazzjoni li hija meqjusa li hija ta’ interess pubbliku. Tabilħaqq, l-Uffiċċju għandu obbligu legali li jagħmilha aċċessibbli għal kwalunkwe parti terza (Data fuq ir-Reġistru).
L-Uffiċċju ma jagħmilx disponibbli għall-pubbliku data personali, għajr data ta’ fuq ir-Reġistru, sakemm il-parti kkonċernata ma tkunx tat il-kunsens espliċitu tagħha. Il-konsegwenza hija li ċerta data personali pprovduta minnek bħala applikant, proprjetarju jew rappreżentant, li għaliha l-pubblikazzjoni mhijiex obbligu legali (pereżempju, numru tat-telefon, numru tal-fax jew indirizz email) tista’ tkun aċċessibbli għall-pubbliku biss jekk jingħata kunsens u diment li s-sistemi tal-IT tal-Uffiċċju jkunu jistgħu jissapportjawha.
Jekk jogħġbok ara d-Deċiżjoni ED Nru EX-21-4 u n nota ta’ spjegazzjoni tal-EUIPO għal aktar informazzjoni dwar liema dettalji mill-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjonijiet tal-EUTM u l-RCD isiru disponibbli pubblikament.
Id-data personali tiegħek tista’ tkun aċċessibbli wkoll fil-pubblikazzjonijiet li ġejjin.
- Il-Bullettini dwar it-Trademarks u d-Disinji Komunitarji tal-Unjoni Ewropea li jinkludu pubblikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet u l-entrati fir-reġistru, kif ukoll dettalji oħrajn li huma meħtieġa li jiġu ppubblikati skont ir-regolamenti tal-EUTM u l-RCD.
- Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju, li huma magħmulin disponibbli online għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-pubbliku ġenerali, fl-interess tat-trasparenza u l-prevedibibiltà.
Il-pubbliku jkun jista’ jaċċessa din id-data personali tiegħek permezz tal-għodod u l-pjattaformi online tal-EUIPO, jew billi jniżżel l-informazzjoni, u fiż-żewġ każijiet biss bl-iskop li tkun provduta lill-partijiet terzi u l-awtoritajiet pubbliċi, l-informazzjoni li jkollhom bżonn sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom mill-EUTMR u s-CDR u biex jiddeterminaw l-eżistenza ta’ drittijiet preċedenti li jappartjenu għal partijiet terzi.
6. Għal kemm żmien tinħażen id-data personali tiegħek?
L-Uffiċċju jżomm id-data personali tiegħek, li huwa obbligatorju li tiddaħħal fir-Reġistru, għal perjodu ta’ żmien indefinit.
Data personali oħra li tinħażen fil-bażi ta’ data tinżamm ukoll għal perjodu ta’ żmien indefinit, għalkemm inti jkollok il-possibbiltà li titlob li din id-data personali titneħħa mill-bażi ta’ data 18-il xahar wara l-iskadenza tat-trademark tal-UE jew wara l-għeluq tal-proċedura inter partes rilevanti. Dan ma japplikax għad-data personali maħżuna fir-Reġistru.
Perjodi ta’ żamma speċifiċi oħrajn jistgħu jiġu stabbiliti għal attivitajiet speċifiċi li għalihom tista’ tiġi pproċessata d-data personali tiegħek. Tista’ ssib aktar informazzjoni f’kull dikjarazzjoni ta’ privatezza individwali fil-mistoqsija 12.
7. Aħna kif nipproteġu u nissalvagwardjaw l-informazzjoni tiegħek?
L-Uffiċċju jieħu l-protezzjoni tad-data personali tiegħek b’serjetà kbira u, għaldaqstant, japplika miżuri xierqa organizzazzjonali, tekniċi u ta’ sigurtà sabiex jipproteġiha.
Hawn issib eżempji ta’ dawn il-miżuri, implimentati fl-istabbilimenti tal-EUIPO:
- l-EUIPO huwa ċċertifikat b’ISO 27001;
- username u password tal-EUIPO huma meħtieġa sabiex wieħed jaċċessa s-sistemi u l-bażijiet ta’ data tal-EUIPO;
- l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni huma bbażati fuq ir-rwoli;
- l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni jsiru fil-livell tas-server, l-aċċess anonimu mhuwiex permess;
- is-server huwa fiżikament protett fiċ-Ċentru tal-Ipproċessar tad-Data;
- it-tisħiħ tas-sigurtà loġika tas-servers;
- is-sigurtà tan-netwerk ikkonfigurata biex tipprevjeni theddid estern milli jaċċessa s-servers tal-posta;
- Is-sit web tagħna hu protett b’teknoloġija anti-bot, kif deskritt fil-Konfigurazzjoni Bot Defense u l-artikli ta’ għarfien dwar Id-Detezzjoni u l-Prevenzjoni ta’ Web Scrapping. Jekk jogħġbok innota li kif deskritt f’dawn il-links, dan jista’ jinvolvi l-aċċess għal sensuri tal-apparat lokalment fl-apparat tiegħek, iżda taħt l-ebda ċirkostanza din l-informazzjoni ma tiġi kondiviża mal-EUIPO. Dan jgħidilna biss kemm huwa probabbli li viżitatur ikun bot.
- il-klawżoli ta’ kunfidenzjalità u ta’ protezzjoni tad-data jiġu ffirmati mill-fornituri tas-servizzi;
- numru limitat ta’ persuni b’awtorizzazzjoni xierqa bi profil tal-IT speċifiku jkollhom drittijiet ta’ editjar tal-għodod tal-back office fejn tiġi pproċessata d-data personali tiegħek.
Barra minn dan, l-EUIPO jimplimenta wkoll ċerti servizzi ta’ Amazon Web Services (AWS) (Servizzi tal-Web tal-Amazon) bħal ‘Desktop as a Service’ (Desktop bħala Servizz) sabiex jappoġġa l-infrastruttura tal-EUIPO. Il-miżuri ta’ sigurtà implimentati mill-EUIPO biex jipproteġu d-data personali tiegħek fl-AWS huma deskritti fid-dettall hawnhekk. Aktar informazzjoni hija disponibbli fl-AWS Cloud Security Center.
8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek relatati mal-ipproċessar tad-data personali? Kif għandek teżerċita d-drittijiet tiegħek? Id-drittijiet tiegħek jistgħu jiġu ristretti?
Drittijiet relatati mad-data personali tiegħek |
Xi jfisser |
---|---|
Li tkun infurmat/a |
Għandek id-dritt li tkun taf kif l-Uffiċċju jittratta d-data personali tiegħek (inkluż informazzjoni dwar il-kontrollur, l-iskop, il-bażijiet legali, it-tip ta’ data personali użata, min jirċievi d-data tiegħek u l-limiti ta’ żmien għaż-żamma tagħha, kif ukoll trasferimenti possibbli ta’ data personali lil pajjiżi terzi). Jekk jogħġbok ikkonsulta dan l-Avviż dwar il-Protezzjoni tad-Data u b’mod partikolari l-mistoqsija 12 għal aktar informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet speċifiċi tal-privatezza. |
Li taċċessa d-data |
Għandek id-dritt li tkun taf jekk l-Uffiċċju jipproċessax id-data personali tiegħek, inkluż għal-liema skop, it-tip ta’ data, ir-riċevituri tad-data, il-limiti ta’ żmien, kif ukoll it-trasferimenti possibbli ta’ data personali lil pajjiżi terzi. |
Li tirrettifika d-data |
Tista’ tikseb ir-rettifika tad-data personali tiegħek jekk din ma tkunx kompluta jew mhux korretta. |
Li tħassar id-data (‘dritt li jkun minsi/li tkun minsija’) |
F’ċerti ċirkustanzi tista’ titlob li d-data personali tiegħek titħassar (eż. meta d-data ma tibqax meħtieġa għall-iskop li għaliha nġabret). Jekk jogħġbok ftakar li tista’ titlob li d-data personali tiegħek titħassar mill-Bażi tad-data 18-il xahar wara l-iskadenza tat-trademark tal-UE, jew l-għeluq tal-proċedura inter partes rilevanti. Dan id-dritt ma japplikax għad-data personali li ddaħħlet fir-Reġistru. |
Li tirrestrinġi l-ipproċessar tad-data |
Tista’ titlob li l-Uffiċċju jirrestrinġi l-ipproċessar tad-data personali tiegħek f’ċerti ċirkostanzi (eż. meta l-eżattezza tad-data tkun ikkontestata). |
Għall-portabbiltà tad-data |
Għandek id-dritt li f’ċerti ċirkostanzi titlob lill-Uffiċċju jibgħat id-data personali tiegħek f’format strutturat, li jintuża b’mod komuni, u li jinqara mill-magni (eż.: għandna l-kunsens espliċitu tiegħek għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek). |
Li toġġezzjoni għall-ipproċessar tad-data tiegħek |
F’ċerti ċirkostanzi tista’ toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek. |
Kif għandek teżerċita d-drittijiet għall-protezzjoni tad-data tiegħek
- Tista’ tiġġestixxi s-settings tal-privatezza tiegħek u timmodifika d-data personali tiegħek fil-kont tal-User Area tiegħek fi kwalunkwe ħin. Jekk jogħġbok illoggja fil-User Area tiegħek u mur fit-taqsima “Għażliet”. Fl-“Għażliet” tista’ teditja d-data personali tiegħek u d-dettalji tal-login, tbiddel is-settings, u tiġġestixxi s-subprofili tiegħek permezz tal-User Area;
- Tista’ dejjem tibgħatilna email fuq:DPOexternalusers@euipo.europa.eu. Jekk jogħġbok ftakar li ma nistgħux naċċettaw talbiet verbali (bit-telefown jew wiċċ imb wiċċ) peress li jaf ma nkunux nistgħu nidentifikawk b’mod korrett jew nittrattaw it-talba tiegħek b’mod immedjat:
- It-talba tiegħek b’email għandha tkun iddettaljata kemm jista’ jkun possibbli. Neħtieġu deskrizzjoni preċiża tad-data, tal-iskop li għalih inġabret u l-mod li bih inġabret;
- Tinsiex issemmi liema mid-drittijiet t’hawn fuq tixtieq teżerċita.
- Aħna se nittrattaw it-talba tiegħek mingħajr dewmien u ngħinuk teżerċita d-drittijiet tiegħek, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-eżerċitar tagħhom:
- Xi drabi, sabiex nidentifikawk u nsibu d-data tiegħek, jaf ikollna bżonn informazzjoni addizzjonali. Din se tintuża biss biex tiġi vverifikata l-identità tiegħek u biex tiġi megħjun/a teżerċita d-drittijiet tiegħek. Mhux se tinħażen għal aktar milli jkun meħtieġ għal dan l-iskop;
- Rarament, jaf ma nkunux nistgħu ngħinuk teżerċita d-drittijiet tiegħek jekk il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ninfurmawk bir-raġuni għalfejn ma tkunx tista’ teżerċita dan id-dritt.
Id-drittijiet tiegħek jistgħu jiġu ristretti?
Il-protezzjoni tad-data mhijiex dritt assolut. Trid tiġi dejjem ibbilanċjata ma’ drittijiet fundamentali oħra u jaf ikun hemm ċirkostanzi meta jiġi rrifjutat li wieħed jew diversi mid-drittijiet imsemmija hawn fuq jingħataw.
Dawn id-drittijiet jistgħu jkunu ristretti wkoll għal perjodu temporanju ta’ żmien minħabba r-raġunijiet leġittimi stabbiliti permezz tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, bl-atti legali adottati abbażi tat-Trattati, jew skont ir-Regoli Interni stipulati fid-Deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Marzu 2020. Ir-Regoli Interni jipprevedu li kwalunkwe restrizzjoni bħal din se tkun limitata fiż-żmien, li se tkun proporzjonata u li se tirrispetta l-essenza tad-drittijiet imsemmija hawn fuq.
Bħala regola ġenerali, se tiġi infurmat/a bir-raġunijiet ewlenin għal restrizzjoni. Se tiġi infurmat/a wkoll bid-dritt tiegħek li tagħmel ilment lill-EDPS, jew li tfittex rimedju ġudizzjarju. Minkejja dan, hemm xi ċirkostanzi li fihom mhux se ninfurmawk b'dawn ir-raġunijiet. Ir-restrizzjoni se titneħħa hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni ma jibqgħux applikabbli. Se tirċievi avviż speċifiku dwar il-protezzjoni tad-data meta dan il-perjodu jkun għadda.
Jekk tixtieq titgħallem aktar dwar kif tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, tista’ tivverifika l-User Area jew kull dikjarazzjoni ta’ privatezza individwali fil-mistoqsija 12. Jekk jogħġbok ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-EUIPO għal aktar informazzjoni dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tiegħek fil-kuntest tal-proċeduri tat-trademarks u tad-disinni quddiem l-Uffiċċju.
9. Liema cookies jintużaw fuq is-sit web tagħna?
Il-cookies huma fajls b’test żgħar li jintbagħtu minn server ta’ sit web u jinħażnu fit-tagħmir tiegħek (bħal kompjuter, tablet jew telefon).
Meta żżur is-sit web tagħna, nużaw il-cookies għall-ġestjoni u l-awtentikazzjoni tas-sessjoni web u wkoll għas-sigurtà tal-brawżer tal-web. Il-cookies jiġu implimentati wkoll biex jiġi żgurat funzjonament tekniku xieraq tas-sit web, u jgħinuna naħżnu l-preferenzi tal-utent u nsegwu x-xejriet tal-użu fuq bażi aggregata. Għal din ir-raġuni, nistgħu niġbru xi data dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek, bħall-indirizz tal-IP tiegħek, it-tip ta’ brawżer, il-lingwa u d-daqs tal-iskrin, il-paġna li tkun żort, il-ħin u d-data taż-żjara tiegħek u l-paġna tas-sit web li wasalt minnha.
Din l-informazzjoni tintuża sabiex tinġabar statistika aggregata u anonima, bil-għan li ntejbu s-servizzi tagħna u l-esperjenza tiegħek bħala utent. L-ebda waħda mill-cookies ma teħtieġ il-kunsens tiegħek. Il-ġabra, l-aggregazzjoni u l-anonimizzazzjoni ta’ din id-data jitwettqu fiċ-ċentru tad-data tal-EUIPO taħt miżuri ta’ sigurtà xierqa.
Is-sit web tagħna huwa wkoll konformi mal-opzjoni “Do Not Track”. Jekk tikklikkja fuq l-għażla tad-DNT fil-brawżer tiegħek, se nirrispettaw l-għażla tiegħek u l-esperjenza ta’ bbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna mhux se tiġi traċċata għall-istatistika anonimizzata tagħna. Struzzjonijiet fuq kif tattiva din l-opzjoni tinstab hawnhekk:
Firefox
Internet Explorer
Chrome
Safari
Opera
10. Kif tintuża l-midja soċjali fuq is-sit web tagħna?
Aħna nużaw il-midja soċjali sabiex nippreżentaw xogħolna permezz ta’ mezzi użati b’mod wiesa’ u kontemporanji. L-użu tagħna tal-midja soċjali huwa enfasizzat fuq is-sit web tagħna, pereżempju, tista’ tara vidjos tal-EUIPO, li aħna ntellgħu fuq il-paġna tagħna ta’ YouTube, u tikklikkja fuq links mis-sit web tagħna li jeħduk fuq Twitter, Facebook jew LinkedIn.
Aħna ma nissettjawx cookies fil-wiri tagħna ta' buttuni tal-midja soċjali li jikkonnettjawk ma' dawk is-servizzi meta l-paġni tas-sit web tagħna jkunu llowdjati fuq il-kompjuter tiegħek (jew tagħmir ieħor) jew minn komponenti minn dawk is-servizzi tal-midja inkorporati fil-paġni tal-web tagħna. Jekk jogħġbok innota, madankollu, li skont il-preferenzi tiegħek għal dawn is-servizzi esterni, xi cookies jistgħu jiġu llowdjati, pereżempju, bil-preferenzi tiegħek għal vidjos fuq YouTube.
Kull mezz tal-midja soċjali għandu l-policy tiegħu dwar il-mod kif jipproċessa d-data personali tiegħek meta int taċċessa s-siti tiegħu. Aktar informazzjoni tista’ tinstab minn:
11. Kif tista’ tikkuntattjana jekk ikollok xi mistoqsijiet?
Tista’ tikkuntattjana għal kwalunkwe raġuni relatata mad-data personali tiegħek billi tibgħat talba bil-miktub lill-EUIPO bħala l-kontrollur tad-data responsabbli mill-informazzjoni tiegħek, jew lill-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data tal-EUIPO.
Tista’ tuża l-mezzi ta’ komunikazzjoni online jew tissottometti l-mistoqsija/t-tħassib tiegħek bil-miktub lil:
Post/Courier:
Ms. Gloria Folguera Ventura
Data Protection Officer
EUIPO
Avenida de Europa, 4, E-03008 Alicante, Spain
Jekk it-talba tiegħek ma titweġibx kif xieraq mill-kontrollur tad-data u/jew mid-DPO, tista’ tressaq ilment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data: https://edps.europa.eu/about-edps/contact_en.
12. Teħtieġ aktar informazzjoni?
Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar kif aħna niġġestixxu d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Reġistru Ċentrali tal-EUIPO (dokument kontinwament aġġornat, u l-ħin kollu soġġett għal tibdiliet) u l-avviżi rilevanti u speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data (bħalissa disponibbli biss bl-Ingliż) li huma elenkati hawn taħt.
Ir-Reġistru Ċentrali għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja (l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725):
- l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u, fejn applikabbli, il-proċessur u l-kontrollur konġunt;
- il-finijiet tal-ipproċessar;
- deskrizzjoni tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data u tal-kategoriji ta’ data personali;
- il-kategoriji ta’ riċevituri li lilhom ġiet jew se tiġi żvelata d-data personali;
- meta jkun applikabbli, trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u d-dokumentazzjoni ta’ salvagwardji xierqa;
- meta jkun possibbli, il-limiti ta’ żmien ippjanati għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ data;
- meta jkun possibbli, deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà biex tiġi protetta dik id-data personali”
L-istqarrijiet ta’ privatezza għandu jkun fihom l-informazzjoni pprovduta fl-Artikoli 15 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-lista ta’ avviżi rilevanti u speċifiċi ta’ protezzjoni tad-data (attwalment disponibbli biss bl-Ingliż), b’hyperlinks għad-dikjarazzjonijiet ta’ privatezza rilevanti, issegwi:
- Promozzjoni tas-sistemi tal-EUTM u l-RCD:
- Ġestjoni tal-Interazzjonijiet tal-Utenti:
- Titjib tal-prodotti u s-servizzi tagħna:
- L-ipproċessar ta’ data personali fl-għodda tal-mappa ta’ viżwalizzazzjoni
- Parteċipanti fil-Panels tal-Konsumatur
- EUIPO´s Newsletters
- GetResponse Tool
- Organizzazzjoni ta’ avvenimenti, taħriġ u laqgħat; Stqarrija ta’ Privatezza dwar il-Protezzjoni tad-Data ta’ MS Teams; Stqarrija ta’ Privatezza dwar il-Protezzjoni tad-Data ta’ Zoom; Portal għat-tagħlim akkademiku
- Żjajjar tal-Iskejjel u tal-Universitajiet
- Proċessi ta’ reklutaġġ ; Selection and appointment procedures for the posts of Executive Director, Deputy Executive Director, and President, Chairpersons and Members of the Boards of Appeal
- Ġestjoni tas-Sigurtà. Dan jinkludi l-ġestjoni ta’ data personali relatata mal-viżitaturi fl-Uffiċċju, il-politika dwar is-sorveljanza bil-vidjo u ż-żamma ta’ rekords tal-attività fis-sistemi tal-EUIPO.
- L-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-konformità mar-Regolamenti tal-UE dwar miżuri restrittivi
- Proċeduri ta’ Akkwist u Għotjiet
- Fajls tal-Każijiet ta’ Tilwim Tal-PI
Tista’ ssib ukoll informazzjoni fil-links li ġejjin:
Għodod & dokumenti