InfilzarFaċli (Easy Filing form)
L-infilzar ta’ applikazzjoni għal trademark ma jifissirx li din se tiġi rreġistrata. Jekk l-applikazzjoni tiegħek tiġi rrifjutata ma jingħatax rimborż.
Il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet jiġu rrifjutati jew għax xi ħadd ieħor applika għal marka identika jew simili qablek, jew għax il-marka ma kinitx distintiva. Sabiex iżżid il-probabbiltà li l-applikazzjoni tiegħek tipproċedi mingħajr xkiel, nirrakkomandaw li tara dan il-vidjo:
Jekk wara li tara dan il-vidjo jibqagħlek xi dubji dwar ir-reġistrabbiltà tat-trademark tiegħek, tista’ titlob appoġġ personalizzat dwar il-proprjetà intellettwali mingħajr ħlas jew titkellem maċ-Ċentru ta’ Informazzjoni tal-EUIPO, mit-Tnejn sal-Ġimgħa (8.30 sa 18.00 CET).
Il-gwida offruta hawn ma tikkostitwixxix parir legali. Jekk tippreferi tikseb assistenza legali tista’ żżur il-bażi tad-data tar-rappreżentanti legali tagħna.