Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Riżultati tat-tiftix avvanzat

Ir-riżultati huma murija fit-tab fejn bdejt it-talba ta' tfittxija, per eżempju id-‘deċiżjoni tal-marka kummerċjali' jew it-tab ‘tas-sentenzi tal-Qorti Nazzjonali'.

Is-seting awtomatiku tal-'applikazzjoni qiegħed biex juri 15-il riżultat kull paġna. Is-seting jista' jinbidel biex juri iktar permezz tal-menù li jinżel li hemm fuq in-naħa tal-lemin tal-għażla ‘Uri'. Biex tmur fuq paġna oħra ta' riżultati tat-tiftix klikkja fuq wieħed min-numri tal-paġna fin-naħa ta' fuq fil-kantuniera fuq il-lemin tat-tabella jew, biex tara l-paġna li jmiss b'ordni, fuq il-vleġġa tal-lemin jew tax-xellug. Biex tara l-ewwel jew l-aħħar riżultat fil-lista tista' tikklikkja fuq il-vleġġa doppja tax-xellug jew tal-lemin.

In-numru totali ta' riżultati tat-tiftix jintwera ħdejn l-intestatura tat-tab, e.g. ‘id-deċiżjoni tal-marka kummerċjali (246)'. L-informazzjoni fuq in-numru ta' riżultati, in-numru ta' paġni u l-ħin meħud biex ġiet ipproċessata t-talba huwa muri eżatt fuq il-lista tar-riżultati.

Ir-riżultati jistgħu jiġu murija fit-‘Tip Element' jew it-‘Tip Lista'. L-ewwel waħda tagħti aktar informazzjoni ddettaljata għal kull riżultat u l-aħħar waħda tipprovdi inqas informazzjoni għal kull riżultat allura tkun tista' tara iktar riżultati f'paġna waħda.

It-test fi ħdan riżultat li jkun bil-blu jindika hyperlink għal aktar informazzjoni. Per eżempju, meta tikklikkja fuq in-numru blu tal-marka kummerċjali f'riżultat ser tasal għal aktar informazzjoni dwar il-marka kummerċjali li kienet is-suġġett tal-każ.

  • L-għażla tar-riżultati

    Id-deċiżjonijiet tal-marki kummerċjali
    Ir-riżultati jistgħu jiġu magħżula skont ordni akkrexxenti jew dekrexxenti jew skont:

    • Data tad-deċiżjoni/sentenza
    • Tip ta' Deċiżjoni
    • Isem tal-marka kummerċjali
    • Numru tal-marka kummerċjali

    Id-deċiżjonijiet tad-disinji
    Ir-riżultati jistgħu jiġu magħżula skont ordni akkrexxenti jew dekrexxenti jew skont:

    • Data tad-deċiżjoni/sentenza
    • Tip ta' Deċiżjoni
    • Numru tad-Disinn

    Is-sentenzi tal-Qorti Nazzjonali
    Ir-riżultati jistgħu jiġu magħżula skont ordni akkrexxenti jew dekrexxenti jew skont:

    • Id-data tas-sentenza
    • Pajjiż
    • Istanza
    • L-isem tal-Qorti
    • Miżuri interim
    • Ammissibbiltà

    Sentenzi preliminari
    Ir-riżultati jistgħu jiġu magħżula skont ordni akkrexxenti jew dekrexxenti jew skont:

    • Id-data tas-sentenza
    • Laqam
  • Immodifika t-tfittxija

    Tista' tirfina t-tfittxija tiegħek billi tikklikkja fuq il-buttuna‘Immodifika t-tfittxija', li tieħdok lura għall-paġna ta' tfittxija avvanzata li turi l-kriterji ta' tfittxija kollha li tkun għażilt qabel biex timmodifika l-għażla tiegħek: żid jew naqqas kliem importanti, ibdel it-test ta' tfittxija li kont qed tfittex.

    Jekk trid tibda tfittxija ġdida kompletament, billi telimina l-kriterji kollha preċedenti, hemm żewġ għażliet f'qiegħ il-paġna, ‘Ikklerja' jew ‘Irrisettja għas-seting awtomatiku'. Jekk tikklikkja fuq ‘Ikklerja' ser tħassar dak li daħħalt fil-kaxxi ta' tfittxija iżda mhux il-kriterji magħżula. Jekk tikklikkja fuq ‘Irrisettja għas-seting awtomatiku', tirrisettja l-interface biex ikun jidher l-istess kif kien meta ftaħtu l-ewwel darba.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.