Kif tagħmel tiftix bażiku
Uża l-funzjoni tat-tiftix bażiku biex fil-bażi ta' data tal-EUIPO tfittex deċiżjonijiet tal-EUIPO u sentenzi tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qrati Nazzjonali. It-tiftix bażiku huwa l-opzjoni tat-tiftix awtomatika hekk kif tiftaħ l-applikazzjoni eSearch Case Law.
Daħħal in-numru tal-każ mingħajr l-introduzzjoni ta' ittri (e.g. daħħal 122/01 minflok C-122/01) jew daħħal il-laqam fil-kaxxa tat-tiftix u kklikkja fuq il-buttuna "Fittex". Tista' tirfina t-tiftix tiegħek billi tagħti perjodu ta' żmien u tista' tagħżel ukoll il-lingwa preferita tiegħek.
Riżultati ta' tiftix bażiku
Ir-riżultati rilevanti jintwerew f'erba' tabs:
- Deċiżjonijiet dwar it-trade marks
- Deċiżjonijiet dwar id-disinji
- Sentenzi tal-Qorti Nazzjonali
- Deċiżjonijiet preliminari