Ismijiet tad-dominju .eu
Kwalunkwe kumpanija, individwu jew organizzazzjoni li tirrisjedi fl-Unjoni Ewropea jew fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein jew fin-Norveġja tista’ tirreġistra isem tad-dominju .eu jew .ею.
Ir-reġistrazzjoni ta’ isem tad-dominju.eu identiku għad-denominazzjoni tat-trademark tiegħek issaħħaħ id-drittijiet tal-IP assoċjati magħha u tipprevjeni lil kwalunkwe persuna oħra milli tirreġistra isem tad-dominju .eu identiku għat-trademark tiegħek.
L-EUIPO juża l-bażi tad-data WHOIS biex jinforma lill-utenti dwar id-disponibbiltà tal-isem tad-dominju .eu li jkun identiku għat-trademark tagħhom fi tmiem il-preżentata elettronika. It-twissijiet jistgħu jiġu ssettjati wkoll mill-utenti fil-user area u l-eSearch biex jiġu infurmati meta jiġi rreġistrat isem tad-dominju .eu li jkun identiku għat-trademark tagħhom.
Jekk jogħġbok, kun af li jeħtieġ tirreġistra isem tad-dominju .eu permezz ta’ reġistraturi akkreditati (lista disponibbli fuq is-sit web tar-Reġistru).
L-EUIPO jikkollabora mal-EURid biex jipprovdi informazzjoni dwar l-ismijiet tad-dominju .eu u d-disponibbiltà tagħhom. L-għan ta’ din il-kollaborazzjoni huwa li tiġi ffaċilitata s-sensibilizzazzjoni sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-IP tas-sidien ta’ EUTM.
L-informazzjoni hija pprovduta mill-bażi tad-data WHOIS. Madankollu, il-kontenut, il-preċiżjoni jew kwalunkwe informazzjoni relatata mhuma bl-ebda mod ir-responsabbiltà tal-EUIPO.
L-EURid huwa l-maniġer tar-reġistru tad-dominji tal-ogħla livell tal-kodiċi tal-pajjiż .eu u.ею maħtur mill-Kummissjoni Ewropea. Aktar informazzjoni
Tista’ tirreġistra l-isem tad-dominju .eu tiegħek ma’ kull reġistratur akkreditat..eu
Meta tissettja twissija, tiġi infurmat hekk kif isem tad-dominju .eu li jiġi meqjus identiku għall-EUTM/s irreġistrat(i) tiegħek jiġi rreġistrat.
Idħol fil-User Area tas-Sit Web tal-EUIPO u kklikkja t-tab “Twissijiet”.
L-opzjoni biex toħloq twissija għall-ismijiet tad-dominju .eu tinstab fit-tab “konfigurazzjoni”.
Tista’ tinħoloq biss twissija waħda għal isem tad-dominju .eu għal kull EUTM.
Tista’ ssib aktar informazzjoni kif tissettja t-twissijiet hawnhekk.
Ikklikkja fuq is-salib fil-kolonna “Azzjonijiet” biex tħassar it-twissija.