Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

FAQs (Mistoqsijiet Frekwenti)

Kwistjonijiet ġenerali

1. X'se jiġri mit-trademark tiegħi?

2. Il-mod li bih ninnegozja mal-Uffiċċju se jinbidel?

3. Minn fejn nista' nġib informazzjoni dwar il-prattika tat-trademark skont ir-Regolament Emendatorju?

Tariffi

4. X'nagħmel jekk nirċievi fattura li ma nagħrafx?

5. X'differenzi hemm bejn is-sistema tat-tariffi antika u ġdida għat-trademarks?

6. Jekk saru xi ħlasijiet żejda minħabba l-bidla fis-sistema, il-ħlasijiet żejda ser jiġu rimborżati?

7. Preżentati ġodda – għandi nħallas it-tariffi l-'antiki' jew il-'ġodda'?

Dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 28(8) EUTMR

8. Min jista' jagħmel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28(8) EUTMR?

9. Meta tista' ssir id-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28(8) EUTMR?

10. Liema formola għandi nuża għal dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28(8) EUTMR?

Tiġdid

11. Liema data tgħodd meta tikkalkula liema tariffi ta' tiġdid jgħoddu għal EUTM?

12. Għal marka li hi suġġetta għat-tariffa antika ta' tiġdid, jista' l-proprjetarju jittardja l-ħlas u jħallas it-tariffa l-ġdida mnaqqsa fiż-żmien ta' sitt xhur magħruf bħala l-'perjodu ta' grazzja'?

13. Il-perjodu bażiku ta' tiġdid jiskadi fl-aħħar tax-xahar jew fid-data eżatta?



Kwistjonijiet ġenerali

1. X'se jiġri mit-trademark tiegħi?

It-trademarks Komunitarji eżistenti u applikazzjonijiet għal trademarks Komunitarji awtomatikament se jsiru trademarks tal-Unjoni Ewropea u applikazzjonijiet għal trademarks tal-Unjoni Ewropea mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Emendatorju. L-utenti mhu se jkollhom bżonn jieħdu l-ebda azzjoni.

2. Il-mod li bih ninnegozja mal-Uffiċċju se jinbidel?

Le. L-applikazzjonijiet online kollha tagħna se jiġu aġġornati u se jkunu lesti biex jintużaw fl-istess ġurnata meta r-Regolament Emendatorju jidħol fis-seħħ. L-istruttura l-ġdida tat-tariffi se tkun riflessa fl-applikazzjoni tal-preżentata tat-trademark online tagħna u fl-applikazzjonijiet l-oħra kollha tagħna li huma disponibbli fis-sit web tagħna. Il-kalkolatur tat-tariffi u l-lista sħiħa tat-tariffitagħna se jiġu aġġornati permezz tal-istruttura tat-tariffa l-ġdida fl-istess ġurnata meta r-Regolament Emendatorju jidħol fis-seħħ.

3. Minn fejn nista' nġib informazzjoni dwar il-prattika tat-trademark skont ir-Regolament Emendatorju?

Fit-23-03-2016, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Emendatorju, verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida għall-Eżaminazzjoni se tidħol fis-seħħ ukoll, li se tirrifletti l-bidliet introdotti permezz tal-emendi tar-Regolament fil-prattika tal-eżaminazzjoni tat-trademark tal-Uffiċċju. Din l-informazzjoni se tkun disponibbli permezz tal-paġna dwar il-prattika tat-trademark attwali tagħna. Aktar informazzjoni hija wkoll disponibbli fuq Alicante News - il-bulletin tal-Uffiċċju, li jagħti informazzjoni aġġornata dwar kwistjonijiet relatati mal-IP u mal-Uffiċċju.

 

Tariffi

4. X'nagħmel jekk nirċievi fattura li ma nagħrafx?

Jekk tirċievi ittra jew fattura, jekk jogħġbok ivverifika sew x'qed jiġi offrut lilek, u jekk is-sors huwiex ġenwin jew le. Jekk għandek xi dubji, jekk jogħġbok iċċekkja mal-konsulenti legali tiegħek jew ikkuntattjana Aktar informazzjoni dwar fatturi qarrieqa tinsab hawnhekk

5. X'differenzi hemm bejn is-sistema tat-tariffi antika u ġdida għat-trademarks?

Ir-Regolament emendatorju li jidħol fis-seħħ fit-23/03/2016 jintroduċi tnaqqis ġenerali fit-tariffi pagabbli lill-Uffiċċju rigward materji ta' trademarks u sistema ġdida ta' ħlas-uniku-għal-kull-klassi għal tariffi ta' applikazzjoni u tiġdid. It-tariffi kollha jistgħu jinstabu fl-Anness I tar-Regolament Emendatorju u iktar informazzjoni tista' tinstab online, fosthom xi tabelli ta' paragun tat-tariffi l-antiki u l-ġodda għal applikazzjonijiet tal-EUTM, tiġdid, oppożizzjonijiet, kanċellamenti u appelli.

6. Jekk saru xi ħlasijiet żejda minħabba l-bidla fis-sistema, il-ħlasijiet żejda ser jiġu rimborżati?

Iva. Fid-29 ta' Jannar il-President ippublika online l-ippjanar għar-rimborż tat-tariffi żejda li tħallsu għat-tiġdid. Il-metodu ta' rimborż ivarja skont il-metodu tal-ħlas użat. Jekk jogħġbok irreferi għal din il-pubblikazzjoni tal-aħbar online peress li tispjega fid-dettall kif ser jiġu rimborżati t-tariffi.

7. Preżentati ġodda – għandi nħallas it-tariffi l-'antiki' jew il-'ġodda'?

Id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE, l-avviż ta' oppożizzjoni, l-applikazzjoni għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità (kanċellazzjoni) jew appell (relatat ma' trademarks tal-UE), se jiddetermina liema tariffa hija pagabbli (is-sistema l-antika jew il-ġdida).

Jekk id-data tal-preżentazzjoni tal-azzjoni hija qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid (jiġifieri qabel it-23/03/2016) se tkun tapplika s-sistema tat-tariffi l-antika anke jekk il-pagament isir wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid, u dan jinkludi l-kalkolu ta' kwalunkwe tariffa ta' soprataxxa għal pagament tardiv jekk applikabbli. Jekk id-data tal-preżentazzjoni tal-azzjoni tkun wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid (jiġifieri fit-23/03/2016 jew wara), se tapplika s-sistema tat-tariffi l-ġdida. Dan joħroġ mill-prinċipju li l-azzjoni, ladarba tkun imħallsa, ikollha effett mid-data tal-preżentazzjoni li tkun meta tkun meqjusa li ddaħħlet.

Bħala eżempju, jekk il-perjodu ta' oppożizzjoni ta' tliet xhur ikun mill-01/02/2016 - 30/04/2016, u tiġi ppreżentata oppożizzjoni fl-01/03/2016, l-opponent ikollu jħallas it-tariffa l-antika (350€). Madankollu, fl-istess eżempju, jekk tiġi ppreżentata oppożizzjoni fil-15/04/2016 l-opponent ikollu jħallas it-tariffa l-ġdida (320€). L-opponent jista' ma jippreżentax l-oppożizzjoni fl-01/03/2016 u jistenna sat-30/04/2016 biex iħallas it-tariffa l-ġdida, peress li filwaqt li l-pagament ikun għadu fil-perjodu ta' oppożizzjoni ta' tliet xhur, id-data tal-preżentazzjoni tal-avviż ta' oppożizzjoni (u l-effett tagħha) kienet qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid.

 

Dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28(8) EUTMR

8. Min jista' jagħmel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28(8) EUTMR?

Proprjetarji ta' trademarks tal-UE, jew reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw l-UE, ippreżentati jew innominati qabel it-22/06/2012 u rreġistrati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2015/2424 tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trademark tal-UE li fiha l-intestatura sħiħa ta' Klassi ta' Nizza.

9. Meta tista' ssir id-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28(8) EUTMR?

Id-dikjarazzjonijiet tal-Artikolu 28(8) EUTMR għandhom isiru bejn it-23 ta' Marzu 2016 u l-24 ta' Settembru 2016 inklużiv.

10. Liema formola għandi nuża għal dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28(8) EUTMR?

L-Uffiċċju ħoloq formola ta' applikazzjoni għal Reġistratzzjoni online ġdida, taħt is-sottotip ta' 'Reġistrazzjoni EUTM' 'Dikjarazzjoni skont l-Art. 28(8)'. Il-formola se tkun disponibbli mit-23 ta' Marzu 2016, mit-Taqsima tal-formoli u l-preżentati. L-utenti jeħtieġ li jilloggjaw biex jagħmlu talba online. Proprjetarji/detenturi li jixtiequ jagħmlu preżentata stampata għandhom jużaw il-formola tal-Applikazzjoni ta' Reġistrazzjoni normali. Tista' tiġi ppreżentata formola waħda biss għal kull trademark tal-UE.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-FAQs fid-dettall dwar id-dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 28(8) EUTMR

 

Tiġdid

11. Liema data tgħodd meta tikkalkula liema tariffi ta' tiġdid jgħoddu għal EUTM?

Id-data ta' kalkulazzjoni għall-istabbiliment ta' liema tariffi ta' tiġdid għandhom jitħallsu hija d-'data ta' skadenza' tat-trademark. L-EUTMs kollha li għandhom data ta' skadenza qabel it-23/03/2016 ser ikunu suġġetti għas-sistema 'antika' tat-tariffi irrispettivament minn meta jitħallsu. L-EUTMs kollha li għandhom data ta' skadenza dakinhar jew wara t-23/03/2016 ser ikunu suġġetti għas-sistema 'ġdida' tat-tariffi. Dan kien ikkonfermat fil-Komunikazzjoni Nru 2/2016 tal-President tal-Uffiċċju tal-20 ta' Jannar 2016, u aktar informazzjoni tista' tinstab online hawnhekk.

12. Għal marka li hi suġġetta għat-tariffa antika ta' tiġdid, jista' l-proprjetarju jittardja l-ħlas u jħallas it-tariffa l-ġdida mnaqqsa fiż-żmien ta' sitt xhur magħruf bħala l-'perjodu ta' grazzja'?

Le. Id-data ta' kalkulazzjoni li tistabbilixxi liema taroffi ta' tiġdid għandhom jitħallsu hija d-'data ta' skadenza' tat-trademark u dan japplika wkoll jekk il-proprjetarju jiddeċiedi li jistenna u jħallas aktar tard fiż-żmien addizzjonali ta' sitt xhur magħruf ukoll bħala l-'perjodu ta' grazzja'. Fil-każijiet fejn id-data ta' skadenza tal-marka hija qabel it-23/03/2016, anki jekk il-proprjetarju jħallas it-tariffa wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Emendatorju l-ġdid, il-kalkulazzjoni ta' soprataxxa għal ħlas tardiv (fosthom 25% tat-tariffa ta' tiġdid tardiva) ser tiġi kkalkulata skont it-tariffa li kellha titħallas fid-data ta' skadenza tal-marka.

13. Il-perjodu bażiku ta' tiġdid jiskadi fl-aħħar tax-xahar jew fid-data eżatta?

Skont ir-Regolament CTM attwali, it-talba għal tiġdid u t-tariffa għal tiġdid jistgħu jsiru sal-aħħar tax-xahar li fihom tiskadi r-reġistrazzjoni tat-trademark, u ż-żmien addizzjonali ta' sitt xhur magħruf ukoll bħala l-'perjodu ta' grazzja' għal tiġdid jibda jgħodd mill-ewwel jum wara t-tmiem tax-xahar.

Skont ir-Regolament Emendatorju l-ġdid, dan l-Artikolu huwa modifikat u t-talba għal tiġdid u t-tariffa għal tiġdid iridu jsiru fil-perjodu tas-sitt xhur qabel id-data ta' skadenza tar-reġistrazzjoni (fi kliem ieħor id-'data ta' skadenza' tal-marka), u ż-żmien addizzjonali ta' sitt xhur magħruf ukoll bħala l-perjodu ta' grazzja għat-tiġdid jibda jgħodd wara d-data tal-iskadenza.

Madankollu, l-Uffiċċju stabbilixxa arranġamenti tranżitorjali għal dawk il-marki fejn il-perjodu bażiku ta' sitt xhur għal tiġdid beda qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Emendatorju fit-23/03/2016. Għal dawn il-marki ser japplika l-metodu l-'antik' tal-kalkolazzjoni, anki jekk id-data ta' skadenza tagħhom tiġi wara t-23/03/2016. Dan ifisser li EUTMs li jiskadu fit-22/09/2016 ser ikunu tal-ewwel li japplikaw b'mod sħiħ il-kalkolazzjoni l-ġdida tal-perjodi ta' tiġdid.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.