Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Tkabbir tal-UE

 

Wara kwalunkwe tkabbir futur tal-Unjoni Ewropea, kwalunkwe trademark tal-UE u disinn Komunitarju rreġistrat jew li tkun saret applikazzjoni għalih/a qabel l-adeżjoni ta’ pajjiżi ġodda se tiġi estiża awtomatikament għall-Istat Membru/Istati Membri l-ġodda mingħajr ebda formalità jew tariffa.
 
Għal aktar informazzjoni, ara l-Linji Gwida, Parti A, Regoli Ġenerali, Taqsima 9, Tkabbir.


Le. Għal trademarks tal-UE estiżi (reġistrazzjonijiet ta’ trademarks tal-UE jew applikazzjonijiet pendenti ta’ trademarks tal-UE), m’hemm l-ebda possibbiltà li tiġi kkontestata l-validità tagħhom f’termini ta’ raġunijiet assoluti li japplikaw biss minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda. Pereżempju, jekk reġistrazzjoni eżistenti ta’ trademark tal-UE tikkonsisti minn kelma li hija deskrittiva fil-lingwa ta’ wieħed mill-Istati Membri l-ġodda, din ma tkunx raġuni għal preżentazzjoni ta’ pretensjoni ta’ invalidità, kif stabbilit mir-Regolament dwar it-trademark tal-UE.

Aktar tagħrif dwar it-trademarks fl-Unjoni Ewropea.


Le. Trademarks tal-UE li saret applikazzjoni għalihom jew li ġew irreġistrati qabel l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mhux se jiġu tradotti jew ippubblikati fil-lingwi l-ġodda. Madankollu, mid-data tal-adeżjoni, il-lingwi uffiċjali l-ġodda tal-Istati Membri saru lingwi uffiċjali tal-UE u għaldaqstant it-trademarks tal-UE kollha li saret applikazzjoni għalihom f’dik id-data jew wara huma tradotti fil-lingwi uffiċjali ġodda.


Iva. Id-detenturi ta’ drittijiet nazzjonali preċedenti jistgħu jipprojbixxu l-użu (biss) ta’ trademarks tal-UE estiżi fit-territorju ta’ Stat Membru ġdid, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, taħt żewġ kundizzjonijiet. L-ewwel nett, id-drittijiet preċedenti kienu rreġistrati, saret applikazzjoni għalihom jew inkisbu fl-Istat Membru l-ġdid qabel id-data tal-adeżjoni ta’ dak l-Istat u, it-tieni nett, id-drittijiet preċedenti nkisbu in bona fede. Din id-dispożizzjoni tiggarantixxi l-karattru unitarju tas-sistema tat-trademarks tal-UE, minħabba li trademark tal-UE tibqa’ valida għall-Istati Membri kollha tal-UE iżda ma tistax tintuża biss fit-territorju tal-”Istat Membru l-ġdid” fejn id-dritt li joħloq kunflitt preċedenti kien jeżisti.

Għal aktar informazzjoni, ara d-Deċiżjoni Nru 2013-3 tal-Presidju tal-Bordijiet tal-Appelli tal-05/07/2013 dwar ir-riżoluzzjoni amikevoli tat-tilwim, “Deċiżjoni dwar il-Medjazzjoni”.


F’konformità mal- Ftehim dwar il-Ħruġ konkluż bejn l-UE u r-Renju Unit (aqra l-aħħar aħbarijiet hawnhekk), ir-Renju Unit ħareġ mill-UE fl-1 ta’ Frar 2020.

Il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst f’dak il-ftehim, li matulu d-dritt tal-UE (inklużi r-Regolamenti EUTM u RCD u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni tagħhom) baqa’ applikabbli għar-Renju Unit u fih, intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta:


Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .

Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
 

This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.