Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Kundizzjonijiet ta’ Fast Track

Fl-EUIPO, lill-applikanti ta' disinn tagħna noffrulhom l-opportunità li jkollhom id-disinji tagħhom irreġistrati aktar malajr. Din il-proċedura aċċellerata nsejħulha ‘Fast Track’.

Ladarba tasal għand l-EUIPO, l-applikazzjoni tiegħek se tiġi vverifikata mill-eżaminaturi tagħna. Jekk tkun konformi ma’ ċerti standards u ma jidher l-ebda żball, tiġi indirizzata aktar malajr u jista’ jkollok disinn irreġistrat fi żmien jumejn ta’ xogħol.

Għal aktar informazzjoni dwar l-istandards tas-servizzi tagħna, ara l-Karta tas-Servizzi tal-EUIPO fil-paġna ta’ kwalità tagħna.

 

X’inhuma l-kondizzjonijiet għal Fast Track?

Jekk tkun tixtieq li d-disinn tiegħek jiġi rreġistrat permezz ta’ Fast Track, jeħtieġ biss li inti:

  • Tuża l-Formola ta’ applikazzjoni online f’erba’ stadji tagħna;
  • Tuża DesignClass meta tkun qed tindika l-prodotti li għalihom japplika d-disinn tiegħek;
  • Tinkludi kwalunkwe dokument mehmuż rilevanti jekk tkun tixtieq tikklejma prijorità;
  • Tħallas permezz tal-kont kurrenti tiegħek jew tuża l-karta ta’ kreditu tiegħek;
  • Tuża n-numri tal-ID li jinsabu fil-bażi ta’ data tal-EUIPO jekk tkun rappreżentant.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.