User Area
Il-User Area huwa penil ta' kontroll komplut minn fejn inti tkun tista' tiġġestixxi l-portafoll tiegħek ta' trademarks u disinji. Huwa possibbli teditja d-dettalji personali, tabbona għall-feeds tal-aħbarijiet tagħna, tissettja twissijiet għal tiġdid, tara trademarks oħra tal-Unjoni Ewropea (EUTM), u ħafna aktar.
Biex ikollok aċċess għall-User Area teħtieġ tirreġistra għal kont mal-EUIPO.

Illoggja
Biex tilloggja, ikklikkja fuq is-sinjal li jinsab in-naħa ta' fuq fil-kantuniera fuq il-lemin tal-iskrin tiegħek, u daħħal l-isem tal-utent u l-password tiegħek. Il-home space personali tiegħek se jidher awtomatikament. Dan il-qasam jissejjaħ id-Dashboard.

Tqassim ta' data f'tabelli
L-ordni ta' kif inti tara d-data jista' jinbidel billi tikklikkja fuq il-vleġeġ żgħar li jinsabu fl-intestaturi tat-tabella.

Suġġetti