Kif nista' nbiddel dejta personali għad-detenturi?
Għar-rappreżentanti tal-IP irreġistrati biex jużaw il-User Area tal-UASI, it-taqsima 'Detenturi' telenka l-klijenti kollha marbuta man-numru tal-ID tagħhom.
Biex tbiddel dejta personali għal detentur partikolari, kemm tikklikkja fuq l-entrata rilevanti fit-tabella tad-detenturi tiegħek.

Meta tikklikkja, se tiftaħ tab ġdida fil-brawżer tiegħek li tieħdok fil-paġna tal-informazzjoni dwar dak id-detentur fil-magna tat-tiftix tagħna eSearch plus.

Ħdejn l-isem tad-detentur se ssib l-opzjoni 'Biddel id-dettalji'. Jekk tikklikkja fuq din, tinfetaħ tieqa fejn inti tkun tista' tbiddel l-isem, l-indirizz u l-indirizz ta' korrispondenza tad-detentur.

Jekk jogħġbok ftakar li meta tbiddel id-dejta ta' detentur, it-tibdil se japplika għall-proċeduri kollha mal-Uffiċċju.
X'tista' tagħmel iktar fit-taqsima 'Detenturi' tiegħek?
Tista' tiffiltra l-lista tad-detenturi tiegħek permezz tal-ID, l-isem, it-tip u l-pajjiż bl-użu tal-vleġeġ tal-filter
Tista' wkoll taċċessa kard tan-negozju elettronika (Vcard) billi tikklikkja fuq l-icon tal-kard fuq in-naħa tal-lemin tat-tabella.
Biex tinkludi noti dwar l-entrati tad-detentur tiegħek, kemm tikklikkja fuq l-icon tan-noti fuq in-naħa tal-lemin tat-tabella.

Tista' ssib aktar Mistoqsijiet Frekwenti dwar aspetti oħra tal-web fiċ- Ċentru ta' Għajnuna tagħna.