Invalidità u revoka (kanċellazzjoni)
Id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ trademark tal-UE jistgħu jiġu revokati u trademark tal-UE tista’ tiġi ddikjarata invalida. Id-differenza hija li r-revoka tapplika mid-data tat-talba, filwaqt li dikjarazzjoni ta’ invalidità tneħħi r-reġistrazzjoni mir-Reġistru tat-trademarks tal-UE b’effett retroattiv.
- Fin-nuqqas ta’ użu ġenwin. Il-liġi tistabbilixxi li trademark tal-UE għandha tintuża b’mod ġenwin fl-Unjoni Ewropea fil-5 snin wara r-reġistrazzjoni tagħha. Barra minn hekk, l-użu m’għandux jiġi interrott għal aktar minn ħames snin.
- Jekk, b’konsegwenza tal-atti tal-proprjetarju, it-trademark tkun saret l-isem komuni għal prodott jew servizz li għalih hija rreġistrata u l-proprjetarju ma jkunx ħa biżżejjed miżuri biex jipprevjeni dan.
- Jekk, b’konsegwenza tal-użu li jagħmel minnha l-proprjetarju, trademark tkun saret qarrieqa fir-rigward tan-natura, il-kwalità u l-oriġini ġeografika tal-prodotti u s-servizzi li għalihom hija rreġistrata.
Trademark tal-UE tista’ tiġi ddikjarata invalida billi jiġu invokati raġunijiet assoluti fil-każijiet li ġejjin:
- Meta t-trademark tal-UE tkun ġiet irreġistrata minkejja l-eżistenza ta’ raġuni assoluta għal rifjut (b’mod partikolari, jekk ma kinitx distintiva jew kienet deskrittiva).
- Meta l-applikant ikun aġixxa b'mala fede meta ppreżenta l-applikazzjoni. Dan jikkonċerna l-aktar il-każijiet fejn l-applikant kien qiegħed ifittex skopijiet illeċiti fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għat-trademark.
- Għall-istess raġunijiet bħal dawk li għalihom tista’ tiġi ppreżentata notifika ta’ oppożizzjoni.
- Meta jeżisti dritt preċedenti ieħor fi Stat Membru li jippermetti l-użu tat-trademark inkwistjoni li għandu jkun ipprojbit. Dan jikkonċerna, b’mod partikolari, dritt għal isem, dritt għal preżentazzjoni personali, drittijiet tal-awtur u dritt tal-proprjetà industrijali bħal dritt ta’ disinn industrijali.
Aktar informazzjoni tista’ tinstab fil-Linji Gwida, Parti D, Kanċellazzjoni, Taqsima 1, Proċedimenti.
M’hemm l-ebda limitu għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal kanċellazzjoni. Madankollu, jekk il-proprjetarju ta’ dritt preċedenti jagħti l-kunsens tiegħu għall-użu tat-trademark tal-UE aktar tard għal perjodu ta’ ħames snin suċċessivi, hu jew hi mhuwiex/mhijiex intitolat/a biex jippreżenta/tippreżenta applikazzjoni għal invalidità fuq raġunijiet relattivi (limitazzjoni b’konsegwenza ta’ kunsens).
Aktar dettalji dwar l-applikazzjonijiet għal kanċellazzjoni jistgħu jinstabu fil-Linji Gwida, Parti D, Kanċellazzjoni, Taqsima 1, Proċedimenti.
Ikkonsulta t-taqsima dwar it-tariffigħal aktar dettalji dwar it-tariffa tal-applikazzjoni għal revoka jew dikjarazzjoni ta’ invalidità.
Aktar dettalji dwar l-applikazzjonijiet għal kanċellazzjoni jistgħu jinstabu fil-Linji Gwida, Parti0 D, Kanċellazzjoni, Taqsima 1, Proċedimenti.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta Noti dwar il-Formola tal-Applikazzjoni għal Dikjarazzjoni ta’ Invalidità ta’ Trademark tal-Unjoni Ewropea.
Għal aktar tagħrif ikkonsulta l-Linji Gwida, Parti D, Kanċellazzjoni, Taqsima 1, Proċedimenti ta’ Kanċellazzjoni.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-Linji Gwida, Parti C, Oppożizzjoni, Taqsima 1, Kwistjonijiet Proċedurali.
Għal aktar tagħrif ikkonsulta l-Linji Gwida, Parti D, Kanċellazzjoni, Taqsima 1, Proċedimenti.
Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu skop purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn.
Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jindirizza d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Avviż dwar il-Protezzjoni tad-Data.