Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Klassifikazzjoni ta' Locarno (disinji)

Il-Klassifikazzjoni ta' Locarno hija s-sistema ta' klassifikazzjoni internazzjonali għad-disinji industrijali li hija amministrata mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ikkompila lista ta' prodotti, magħrufa bħala l-lista 'Eurolocarno', li hija bbażata fuq il-Klassifikazzjoni ta' Locarno, biex tikklassifika l-prodotti indikati kemm fid-Disinji Komunitarji Rreġistrati (RCDs) kif ukoll fl-applikazzjonijiet tal-RCD.

Meta jindikaw il-prodotti f'applikazzjoni ta' disinn, huwa rrakkomandat bis-sħiħ li l-applikanti jagħżlu t-termini mill-Klassifikazzjoni ta' Locarno jew mill-EuroLocarno sabiex jevitaw id-dewmien fil-proċedura ta' reġistrazzjoni li inkella jkun hemm minħabba l-bżonn tat-traduzzjoni tat-termini sottomessi. L-użu ta' dawn it-termini ġeneriċi se jtejjeb ukoll il-kapaċitajiet ta' tiftix tal-bażi ta' data tal-RCD u, għaldaqstant, fl-aħħar mill-aħħar jirriżulta f'aktar trasparenza.

Tista' tfittex il-Klassifikazzjoni ta' Locarno bl-użu tal-għodda tat-tiftix ta' EuroLocarno, li hija disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea (UE).

  • Kriterji ta' tiftix
    Daħħal terminu fil-kaxxa tat-tiftix jew inkella agħżel klassi (imbagħad subklassi jekk ikun meħtieġ) mill-menu(s) li jinżel/jinżlu. Tista' żżid għażla ta' klassi (u subklassi) mal-entrati fil-kaxxa tat-test biex tkompli tirfina t-tiftix.

    Daħħal it-terminu li trid tfittex fil-kaxxa tat-tiftix u kklikkja fuq il-buttona 'Fittex'. Il-kaxxa tat-tiftix għandha funzjoni ta' kompletar awtomatiku hekk kif tiġi ttajpjata kelma ewlenija.

    Sabiex tirfina t-tiftix tiegħek, agħżel il-klassi li fiha inti trid tfittex permezz tal-menus li jinżlu fuq il-kaxxa tat-tiftix. L-opzjonijiet tal-menu tas-subklassi jistgħu jiġu editjati biss meta inti tagħżel klassi.

    Il-lingwa ta' tiftix tista' tinbidel mill-menu li jinżel fuq il-buttuna ta' tiftix.

    N.B.: Is-sistema ta' tiftix se tfittex biss it-termini fil-lingwa magħżula.
     
  • Opzjonijiet tat-test ta' tiftix
    Il-kaxxa tal-entrata għat-test ta' tiftix tuża l-konvenzjonijiet li ġejjin:
    • 'Test' huwa definit bħala kwalunkwe karattru alfanumeriku. Fil-kaxxa tat-test jista' jiġi ttajpjat kwalunkwe karattru. Madankollu, l-asterisk (*), il-punt interrogattiv (?) u l-virgoletti doppji (" ") huma karattri ġeneriċi (wild-card) speċjali b'funzjonijiet speċifiċi. Biex issir taf iktar, ara t-taqsima dwar il-karattri ġeneriċi (wild-card).
    • Il-kaxxa tat-test mhijiex sensittiv għat-tipa, jiġifieri jekk tittajpja 'coke' jew 'Coke' xorta sejjer ikollok l-istess riżultati.
    • Is-sistema ta' tiftix mhijiex sensittiva għal karattri speċjali, jiġifieri jekk tittajpja 'Müller' sejjer ikollok l-istess riżultati daqslikieku ttajpjajt 'Muller'.
    • Il-karattri ġeneriċi (wild-card) (*) u (?) jistgħu jiddaħħlu fi kwalunkwe post f'sensiela (string) ta' tiftix u jistgħu jintużaw fejn karattru wieħed jew aktar mhumiex magħrufa.
       
  • Karattri ġeneriċi (wild-card)
    • Karattru 'ġeneriku' ('wild-card') jista' jintuża biex jissostitwixxi karattru ieħor jew sensiela ta' karattri.
    • Punt interrogattiv (?)
      Dan jissostitwixxi karattru wieħed li mhuwiex magħruf.
      Pereżempju, jekk tittajpja 'compl?ment', ir-riżultati ta' tiftix misjubin ser jinkludu kemm 'complement' kif ukoll 'compliment'.
      Jista' jiddaħħal aktar minn punt interrogattiv wieħed f'sensiela ta' tiftix.
      N.B.: Punt interrogattiv ma jissostitwixxix spazju bejn il-karattri (mhux bħall-asterisk).
    • Asterisk (*)
      Dan jissostitwixxi karattru wieħed jew aktar li mhumiex magħrufa (inklużi l-ispazji).
      Pereżempju, jekk tittajpja 'compl*ment', ir-riżultati ta' tiftix misjubin ser jinkludu kemm 'compliment' kif ukoll 'Complete Management'.
      L-asterisk tista' tintuża flimkien ma' punt interrogattiv f'sensiela ta' tiftix.
      Pereżempju, jekk tittajpja '*1?3' se jtik '123' u 'Farmacia +123'.
    • Sett ta' virgoletti doppji (" ")
      Sett ta' virgoletti doppji (" ") Jekk tpoġġi kelma jew frażi bejn virgoletti doppji tkun qed tillimita t-tiftix għall-karattri biss li jinsabu bejn il-virgoletti.
      Pereżempju, jekk tittajpja '"Hello"' se jtik 'Hello'.
       
  • Riżultati ta’ tiftix
    Ir-riżultati ta' tiftix jintwerew f'tabella li fiha tliet kolonni, imsemmija 'Klassi', 'Indikazzjoni tal-prodott' u 'Traduzzjoni'.

    Il-kodiċijiet tal-klassi u tas-subklassi jintwerew taħt il-kolonna 'Klassi'.

    Wieħed jista' jara il-kolonna 'Indikazzjoni tal-prodott' fil-lingwi l-oħra tal-UE billi jikklikkja fuq l-ikona tal-vleġġa fil-kolonna 'Traduzzjoni'.

 


This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.