Reġistrazzjoni Internazzjonali
Il-Protokoll ta’ Madrid jagħti l-possibbiltà lis-sidien tat-trademarks biex ikollhom it-trademarks tagħhom protetti f’diversi pajjiżi billi sempliċement jippreżentaw applikazzjoni direttament mal-uffiċċju tat-trademarks nazzjonali jew reġjonali tagħhom stess.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Protokoll ta’ Madrid, jekk jogħġbok żur it-taqsima Strateġija tagħna u kklikkja fuq it-tab “Żviluppa”.
Aktar informazzjoni dwar it-trademarks fl-Unjoni Ewropea.
L-Uffiċċju Internazzjonali ma jeżaminax jekk it-tali marka tikkwalifikax għal protezzjoni, jew jekk marka identika jew simili tkunx ġiet diġà rreġistrata; din hija kwistjoni għall-uffiċċji tal-pajjiżi nnominati.
Jekk id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali ma għandux domiċilju fiż-ŻEE ( Żona Ekonomika Ewropea), huwa/hija se jintalab/tintalab jaħtar/taħtar rappreżentant taż-ŻEE. Jekk ma jinħatar l-ebda rappreżentant, ir-rifjut jiġi kkonfermat sal-punt identifikat fir-rifjut provviżorju.
Għal aktar informazzjoni, ara l-Linji Gwida, Parti M, Marki Internazzjonali.
Jekk ikun hemm xi raġuni għal rifjut, l-EUIPO għandu jibgħat avviż ta’ rifjut provviżorju lid-WIPO fi żmien 6 xhur mill-pubblikazzjoni mill-ġdid. Jekk ir-rifjut provviżorju kkonċerna biss parti mill-oġġetti u s-servizzi, u d-detentur ma jindirizzahx, huma biss dawk l-oġġetti u s-servizzi li se jiġu rrifjutati u l-oġġetti u s-servizzi l-oħrajn se jiġu aċċettati.
L-EUIPO għandu 18-il xahar biex jinforma lid-WIPO dwar ir-raġunijiet kollha possibbli għar-rifjut tan-nomina tal-UE. Il-perjodu ta’ 18-il xahar jibda dakinhar li l-EUIPO jiġi nnotifikat dwar in-nomina. Jekk oġġezzjoni ma tiġix megħluba, tintbagħat deċiżjoni finali lid-detentur. Id-deciżjoni finali tista’ tiġi appellata quddiem il-Bordijiet tal-Appell. Ladarba l-proċedura ta’ appell tkun ġiet eżawrita u d-deċiżjoni tkun finali, tintbagħat notifika ta’ rifjut lid-WIPO.
Jekk m’hemm l-ebda raġuni għal rifjut, l-Uffiċċju joħroġ status interim lid-WIPO. Din id-dikjarazzjoni se tintbagħat lid-detentur, tiġi ppubblikata fil-Gazzetta Internazzjonali u tiddaħħal fir-Reġistru Internazzjonali.
L-eżaminazzjoni ta’ anzjanità hija bbażata biss fuq id-dokumenti li huma pprovduti mill-applikant. Tista’ ssir pretensjoni ta’ anzjanità ta’ reġistrazzjoni preċedenti f’formola uffiċjali separata (MM17) li għandha tiġi annessa mar-reġistrazzjoni internazzjonali.
Oppożizzjonijiet li jiġu ppreżentati qabel dan il-perjodu jitqiesu li ġew ippreżentati fl-ewwel jum tal-perjodu ta’ oppożizzjoni.
Jekk tiġi ppreżentata oppożizzjoni, l-EUIPO se jivverifika l-ammissibbiltà tagħha u mbagħad jinnotifika lid-WIPO b’rifjut provviżorju bbażat fuq il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni. Jekk l-oppożizzjoni tirnexxi, l-Uffiċċju se jinforma lid-WIPO dwar ir-rifjut tar-reġistrazzjoni internazzjonali.
- applikazzjoni għal trademark nazzjonali għall-Istati Membri tal-UE;
- nomina ta’ Stat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta’ Madrid ('l hekk imsejħa “opting back”).
Inkella, int tista’ tuża waħda miż-żewġ formoli li ġejjin.
- Il-formola WIPO MM2 bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bl-Ispanjol (disponibbli fuq is-sit web tad-WIPO), jew
- Il-formola EUIPO EM2 f’waħda mit-23 lingwa uffiċjali użati fl-EUIPO, disponibbli f’żewġ verżjonijiet differenti. L-ewwel verżjoni tal-formola tal-EUIPO hija għall-applikazzjonijiet li jsiru b’waħda mit-tliet lingwi tal-Protokoll ta’ Madrid (l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol). It-tieni hija għall-applikazzjonijiet li jsiru fl-20 lingwa l-oħra (iż-żewġ verżjonijiet ta’ din il-formola huma disponibbli fuq is-sit web tal-EUIPO).
Aktar informazzjoni dwar it-tariffi u pagamenti.
Further information concerning representatives can be found in the Guidelines, Part A, General Rules, Section 5, Professional Representation.
Jekk l-applikazzjoni internazzjonali ssir f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li mhijiex lingwa tal-Protokoll, għandha tiġi indikata lingwa tal-Protokoll ta’ Madrid (l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol) li se tkun il-lingwa tal-applikazzjoni internazzjonali. Jekk ma jiġux ipprovduti traduzzjonijiet tal-oġġetti u s-servizzi mill-applikant, huwa jew hija għandu/għandha jawtorizza/tawtorizza lill-EUIPO biex jipprovdihom.
L-EUIPO jivverifika l-kontenut u l-kompletezza tal-applikazzjoni internazzjonali (b’mod partikolari, it-trademarks, is-sid u l-iskop tal-lista tal-oġġetti u s-servizzi).
L-applikazzjoni internazzjonali tintbagħat imbagħad b’mod elettroniku lill-Uffiċċju Internazzjonali tad-WIPO.
Aktar informazzjoni dwar ir-rappreżentanti tista’ tinstab fil-Linji Gwida, Parti M, Marki Internazzjonali.
Il-formola tal-applikazzjoni trid tiġi sottomessa flimkien ma’ paġna addizzjonali li jkun fiha l-lista ta’ oġġetti/servizzi li għandhom jibqgħu fir-reġistrazzjoni internazzjonali (IR) inizjali.
Il-formola tal-applikazzjoni trid tiġi ppreżentata permezz ta’ mezzi uffiċjali ta’ komunikazzjoni, jew online (permezz tal-eComm), bil-faks jew bil-posta/kurrier speċjali. Biex tippreżenta l-applikazzjoni għal diviżjoni tiegħek online, jekk jogħġbok idħol fil-User Area (Żona tal-Utent) tiegħek, mur eSearch plus, ikteb in-numru tal-IR tiegħek u taħt “Azzjonijiet u komunikazzjonijiet” agħżel l-opzjoni “ibgħat il-komunikazzjoni”.
Jekk jogħġbok aqra l-linji gwida tagħna dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni u d-Deċiżjoni Nru EX‑17‑4 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tas-16/08/2017 dwar il-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi.
Il-proċess tal-applikazzjoni għal diviżjoni jinvolvi l-passi li ġejjin:
- l-utent jippreżenta t-talba lill-Uffiċċju billi jissottometti l-Formola MM22 fil-lingwa tar-reġistrazzjoni internazzjonali;
- l-EUIPO jeżamina t-talba u jibgħatha lill-WIPO (jekk hija ammissibbli skont ir-regolament tagħna);
- jekk it-talba tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 27bis tar-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim u l-Protokoll ta’ Madrid, inkluż il-ħlas tal-miżata internazzjonali, il-WIPO tirreġistra d-diviżjoni u toħloq ir-reġistrazzjoni internazzjonali diviżjonali fir-Reġistru Internazzjonali;
- Imbagħad il-WIPO tinnotifika lill-EUIPO, li joħloq l-applikazzjoni diviżjonali fil-bażi tad-data tagħha.
Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .
Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.