Amministra l-listi kollha tiegħi
Din il-parti tas-sistema tissejvja l-listi li inti tkun ħloqt fl-Elenkatur. Jekk qed taħdem bʼdiversi listi, din l-għodda tgħinek tamministrahom, teditjahom u terġaʼ tużahom. L-Amministratur jissensibilizza wkoll dwar l-aħħar tibdil fl-HDB (Bażi taʼ Dejta Armonizzata), jippromwovi Fast Track u jinkludi l-opzjoni li jiġu proposti termini għall-inklużjoni fir-rieżami mensili tat-terminu.
Fl-Amministratur għandek tliet tabs taʼ Azzjoni importanti:
- Il-Listi Tiegħi
Ġdid
hawnhekk, tistaʼ tara l-listi maħluqa kollha taʼ oġġetti u servizzi u d-dettalji tagħhom, pereżempju, Isem tal-Lista, Lingwa, Klassijiet, Konformità mal-HDB, L-aħħar aġġornament u Azzjonijiet.L-Azzjonijiet li tistaʼ tieħu huma dawn li ġejjin.
Kun infurmat li wieħed mit-termini tiegħek inbidel fl-HDB u mur fuq it-tab L-aħħar bidliet tal-pubblikazzjoni.
Iftaħ l-Elenkatur għal Oġġetti u Servizzi sabiex tkun tistaʼ teditjah.
Niżżel il-lista magħżula - ikklikkja fuq Niżżel biex tissejvja l-lista tiegħek bħala dokument estern fuq il-kompjuter tiegħek. Mill-kaxxa pop-up agħżel il-format preferut (.txt jew .csv) li trid tniżżel u fejn trid tarah fuq il-kompjuter tiegħek. Jekk jogħġbok kun af li sabiex tkun tistaʼ tniżżel il-lista trid tkun utent irreġistrat. Jekk għadek ma rreġistrajtx, se tirċievi stedina biex tirreġistra.
Esporta għall-preżentata elettronika (fil-Formola avvanzata jew fil-Formola fʼħames stadji) - agħżel din jekk trid tesporta lista G&S għall-preżentata elettronika. Imbagħad, agħżel il-metodu tal-preżentata elettronika preferut tiegħek biex tesporta - jew il-Formola Avvanzata jew il-Formola fʼħames stadji.
Ħassar il-lista – ikklikkja hawnhekk biex tħassar bʼmod permanenti l-lista tiegħek.
Espandi l-kontenut tal-lista u żid jew editja n-noti jekk tippreferi.
Tistaʼ toħloq lista ġdida bl-użu tat-tab
, li awtomatikament tidderiġik għall-Elenkatur għal Oġġetti u Servizzi
Tistaʼ tagħmel tfittxija mgħaġġla fuq il-lista tiegħek.
Jew inkella, jekk qed tittratta diversi listi tistaʼ titlob lill-Amministratur jurik ċertu numru taʼ listi fʼkull paġna.
- L-aħħar bidliet tal-pubblikazzjoni
fʼdin it-taqsima tistaʼ tivverika l-aħħar bidliet fl-HDB u taġġorna t-termini tiegħek jekk ikun meħtieġ. Il-Bażi taʼ Dejta Armonizzata hija armonizzata kull xahar biex tevolvi mas-suq u mal-bżonnijiet tal-utenti. Kull aġġornament isegwi vot taʼ maġġoranza mill-esperti tal-klassifikazzjoni taʼ kull uffiċċju armonizzat li jipparteċipa. Fʼdin il-ħarsa ġenerali tistaʼ tara liema termini żdiedu u liema tħassru fʼMarzu 2015.
- It-termini ssuġġeriti tiegħi
ikklikkja hawnhekk biex tissuġġerixxi terminu li tixtieq issib fl-HDB. Tistaʼ tipproponi sa ħames termini fix-xahar u tiċċekkja l-istatus tagħhom hawnhekk.
Ġaladarba tissuġġerixxi terminu tkun tistaʼ tiċċekkja l-istatus tiegħu fi
. Fl-ewwel fażi, is-suġġeriment tiegħek jiġi rieżaminat mill-esperti tal-klassifikazzjoni tagħna, li jiddeċiedu jekk it-terminu jistax jiġi propost għall-approvazzjoni jew jekk mhuwiex ikkunsidrat validu. Wara l-approvazzjoni, l-uffiċċji tat-trademarks tal-UE jieħdu vot finali biex jew jaċċettaw jew ma jaċċettawx it-terminu.