Kif tagħmel tiftix avvanzat
Uża t-tiftix avvanzat sabiex tfittex fil-bażi ta' data tal-EUIPO informazzjoni dwar trademarks ippubblikati, disinni, detenturi, rappreżentanti u deċiżjonijiet tal-Uffiċċju. Pubblikazzjonijiet ta' kuljum (Bullettini) jistgħu jitniżżlu wkoll fit-taqsima ta' tiftix avvanzat.
Uża l-funzjoni tat-tiftix avvanzat biex tagħmel tiftix iktar dettaljat u tikseb riżultati iktar malajr għal:
- Marki kummerċjali
- Disinji
- Informazzjoni dwar id-detentur
- Informazzjoni dwar ir-rappreżentant
Tiftixa avvanzata tippermettilek twettaq tiftix dettaljat għal kull grupp individwali (marki kummerċjali, disinji, eċċ.) permezz tan-numru enormi ta' kriterji ta' tiftix. Uża din il-funzjoni biex tikseb riżultati tat-tiftix iktar speċifiċi. Inti tista' tadatta t-tiftix biex tfittex kliem speċifiku, kliem jew frażijiet li jinkludu string speċifika ta' karattri, frażijiet li jinkludu xi kliem iżda jeskludu oħrajn, strings li jinkludu karattri ġeneriċi (wild cards), eċċ.
- Kriterji għal tiftix avvanzat
L-għażla ta' tiftix avvanzat tippermettilek tirfina t-tiftix tiegħek.
Il-kriterji ta' tiftix predefiniti għall-karatteristika ta' tiftix avvanzat jintwerew fuq il-panil il-griż fuq in-naħa tal-lemin tal-interfaċċa. Fuq in-naħa tax-xellug hemm lista ta' kriterji ta' tiftix addizzjonali li jistgħu jiżdiedu mal-għażliet ta' tiftix.
Żid kriterji ta' tiftix
Żid kriterji ta' tiftix mat-talba tiegħek billi tikklikkja fuq l-għażla(għażliet) elenkati fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin. L-għażla(għażliet) ġdida(ġodda) sejra/sejrin jintwerew f'qiegħ il-lista ta' kriterji ta' tiftix.Kif tneħħi l-kriterji ta' tiftix
Biex tneħħi l-kriterji ta' tiftix mil-lista, ikklikkja fuq l-ikona tas-salib ħdejn l-għażla(għażliet) li trid tneħħi.Biex tneħħi dejta daħħalt fil-qasam(oqsma) u tirrisettja l-'operatur(i) ta' tiftix kondizzjonali' għall-konfigurazzjoni predefinita, ikklikkja fuq il-buttuna 'Neħħi l-kriterji' minn qiegħ il-paġna.
Biex tirrisettja l-kriterji ta' tiftix predefiniti kklikkja fuq il-buttuna 'Irrisettja għal default' li tinsab taħt il-lista ta' kriterji ta' tiftix.
- Operaturi ta' tiftix kondizzjonali
L-'operaturi ta' tiftix kondizzjonali' (and, or, not) jippermettulek tirfina t-tiftix fuq diversi oqsma. Dawn huma organizzati kif ġej:
- and – tintuża meta jkunu inklużi termini addizzjonali f'tiftixa
- or – tintuża biex tipprovdi termini alternattivi f'tiftixa
- not – tintuża biex jiġu esklużi termini speċifiċi f'tiftixa
L-operaturi ta' tiftix kondizzjonali japplikaw biss għat-tiftix ta' kriterji fuq l-istess linja bħall-operatur ta' tiftix.
- Menus drop-down għall-funzjoni ta' string ta' tiftix
Sabiex tirfina r-riżultati tiegħek, ikkumplimenta kull kaxxa ta' tiftix li timla (tiftix ta' sensiela) b'regola li tista' tagħżel mill-menus drop-down (fih/a, hu/hi, jibda/tibda bi, jintemm/tintemm bi).
Agħżel ir-regola li hija l-iktar adatta għas-sensiela ta' tiftix li qed tuża inti. Pereżempju, jekk inti tuża s-sensiela ta' tiftix 'nut', ir-riżultati murija se jinbidlu skont ir-regola applikata
- hu/hi – jintwerew biss ir-riżultati eżatti (‘nut')
- fih/a – jintwerew ir-riżultati kollha li jinkludu s-sensiela tat-test nut, irrispettivament mill-pożizzjoni tagħha fis-sensiela tat-test, eż. 'minuta'.
- jibda/tibda bi – jintwerew ir-riżultati kollha li jinkludu sensiela tat-test li tibda b''nut', eż. 'nutshell'.
- jintemm/tintemm bi – jintwerew ir-riżultati kollha li jinkludu sensiela tat-test li tispiċċa b''nut', eż. 'donut'.
Kaxxa tat-test tal-Klassifikazzjoni ta' Vjenna
Din il-kaxxa hija opzjoni li tista' tinstab taħt it-tabs Trademarks u Disinji.Meta tkun qed timla' din il-kaxxa, karatteristika ta' mili awtomatiku tiffaċilita t-tiftix tiegħek għall-klassijiet jew subklassijiet rilevanti tal-Klassifikazzjoni ta' Vjenna għall-elementi figurattivi billi telenka suġġerimenti.
Jekk tikklikkja fuq l-asterisk (*) jinfetaħ il-Manwal ta' Klassifikazzjoni Figurattiva tal-EUIPO f'format PDF.
N.B.: Il-Klassifikazzjoni ta' Vjenna tiddaħħal għal Disinji Komunitarji Rreġistrati (RCDs) fil-klassijiet ta' Locarno li ġejjin: 01.01, 05.05, 09.01, 09.03, 19.04, 19.08 u 32.00. Il-Klassi 99.00 ma ntużatx għall-applikazzjonijiet sa mill-01/01/2009 (bid-dħul fis-seħħ tad-disa' edizzjoni ta' Locarno) iżda għadha teżisti għall-applikazzjonijiet ta' qabel dik id-data.
Kaxxa tat-test tal-Klassifikazzjoni ta' Locarno
Din il-kaxxa hija opzjoni li tista' tinstab taħt it-tab Disinji.Meta tkun qed timla' din il-kaxxa, karatteristika ta' mili awtomatiku tiffaċilita t-tiftix tiegħek għall-klassi rilevanti tal-Klassifikazzjoni ta' Locarno għall-prodotti kkonċernati billi telenka suġġerimenti.
Jekk tikklikkja fuq l-asterisk (*) tinfetaħ għodda ta' tiftix imsejħa DesignClass li tinkludi l-indikazzjonijiet tal-prodotti estiżi aċċettati fl-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea kollha.
Aktar informazzjoni dwar il-Klassifikazzjoni ta' Locarno.
- Għażliet għat-test ta' tiftix
Il-qasam tat-test ta' tiftix juża l-konvenzjonijiet li ġejjin:
- 'Test' huwa definit bħala kwalunkwe karattru alfanumeriku. Fil-kaxxa għat-test jista' jiġi ttajpjat kwalunkwe karattru. Madankollu, l-asterisk (*), il-punt interrogattiv (?) u l-virgoletti doppji (" ") huma karattri ġeneriċi (wild-card) speċjali b'funzjonijiet speċifiċi. Biex issir taf iktar, ara t-taqsima dwar il-karattri ġeneriċi (wild-card).
- Il-qasam tat-test mhuwiex sensittiv għat-tipa, jiġifieri jekk tittajpja 'coke' jew 'Coke' xorta sejjer ikollok l-istess riżultati.
- Is-sistema ta' tiftix mhijiex sensittiva għal karattri speċjali, jiġifieri jekk tittajpja 'Müller' sejjer ikollok l-istess riżultati daqslikieku ttajpjajt 'Muller'.
- Il-karattri ġeneriċi (wild-card) (*) jew (?) jistgħu jiddaħħlu fi kwalunkwe post fi string ta' tiftix u jistgħu jintużaw fejn karattru wieħed jew iktar mhumiex magħrufin.
- Karattri ġeneriċi
Karattru ġeneriku jista' jintuża biex jissostitwixxi karattru ieħor jew string ta' karattri.
Punt interrogattiv (?)
Dan jissostitwixxi karattru wieħed li mhuwiex magħruf.Pereżempju, jekk tittajpja compl?ment, ir-riżultati ta' tiftix misjubin sejrin jinkludu kemm complement kif ukoll compliment.
Inti tista' ddaħħal ħafna punti interrogattivi fi string ta' tiftix.
Nota: Punt interrogattiv ma jissostitwixxix spazju (mhux bħall-asterisk).
Asterisk (*)
Din tissostitwixxi karattru wieħed jew iktar mhux magħrufin (inklużi l-ispazji).Pereżempju, jekk tittajpja compl*ment, ir-riżultati ta' tiftix misjubin sejrin jinkludu kemm compliment kif ukoll Complete Management.
L-asterisk tista' tintuża flimkien ma' punt interrogattiv fi string ta' tiftix.
Pereżempju, jekk tittajpja '*1?3' itik '123' u 'Farmacia +123'.
Sett ta' virgoletti doppji (" ")
Jekk tpoġġi kelma jew frażi bejn virgoletti doppji tkun qed tillimita t-tiftix għall-karattri biss li jinsabu bejn dawk il-virgoletti.Pereżempju, jekk tittajpja "Hello" itik Hello.