Il-mod ta' kif issir ir-reġistrazzjoni
Tista’ toħloq u tibgħat l-applikazzjoni tiegħek fi tliet passi faċli, billi tuża l-formola li tiggwida lill-SMEs u l-individwi bbażati fiż-Żona Ekonomika Ewropea mingħajr l-għajnuna ta’ professjonist dwar it-trademarks.
Hemm tliet biċċiet ta' informazzjoni kruċjali fuq il-formola tal-applikazzjoni:
- Sjieda - kwalunkwe individwu jew kumpanija jista' jkun is-sid ta' trademark tal-UE; id-dettalji jsiru pubbliċi u jridu jinżammu aġġornati sabiex ma jkun hemm l-ebda dubju dwar is-sjieda tal-marka.
- X'tista' tkun trademark tal-UE - it-trademark tiegħek għandha tkun irrappreżentata b'mod ċar.
- Prodotti u servizzi - iridu jkunu ddefiniti sabiex kummerċjanti oħra jifhmu liema prodotti u servizzi huma koperti mill-applikazzjoni tiegħek.
Permezz tal-links ta' hawn taħt, aħna se nuruk kif tapplika għal trademark tal-UE u kif tirreġistraha. Mhux iggarantit li l-applikazzjoni jkollha suċċess, iżda dan huwa aktar probabbli jekk tkun ippreparat sew.