Rekwiżiti tas-Sistema
- Ħardwer
Huwa meħtieġ kompjuter b'kapaċità tal-internet. Hija rakkomandata konnessjoni ta' broadband b'veloċità għolja.
- Softwer
L-applikazzjonijiet jeħtieġu wieħed mill-browsers tal-internet li ġejjin:
- Internet Explorer 9 jew aktar reċenti
- Firefox 3 jew aktar reċenti
- Safari 4 jew aktar reċenti
- Chrome 5 jew aktar reċenti
Għalkemm l-applikazzjonijiet jistgħu jaħdmu b'verżjonijiet aktar antiki tal-browsers imsemmija hawn fuq, jista' jkun hemm problemi ta' kompatibbiltà, jiġifieri l-interfaċċa grafika tista' ma tintweriex kif suppost jew xi wħud mill-funzjonijiet jistgħu ma jaħdmux kif suppost. Huwa rrakkomandat li inti tinstalla l-aħħar verżjonijiet tal-browser.
Minħabba li inċident tekniku jista' jipprevjenik milli tiftaħ komunikazzjonijiet elettroniċi permezz tal-Internet Explorer 8, nirrakkomandaw li tuża verżjoni aktar aġġornata ta' Internet Explorer jew brawżer kompatibbli ieħor: Firefox, Google Chrome.
Jekk jogħġbok kun af ukoll li l-konfigurazzjonijiet tas-sigurtà personali tiegħek u tal-kompatibbiltà tal-kompjuter personali (PC) jistgħu jkollhom impatt fuq il-funzjonament u jimblukkaw xi kontenut jew karatteristiċi.