Termini u Kundizzjonijiet tal-Użu għall-e-operazzjoni “Backup ta’ komunikazzjoni”

Skont ir-referenza fil-punt 2 d) tal-Anness 1 għad-Deċiżjoni ED dwar il-Komunikazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi, EX-20-9 tat-02/07/2021

c) Applikazzjonijiet, komunikazzjonijiet jew dokumenti oħra mibgħuta lill-Uffiċċju

Il-User Area tippermetti lill-utent jissottometti applikazzjonijiet, komunikazzjonijiet jew dokumenti b’mod elettroniku. Bħala regola, ladarba applikazzjoni, komunikazzjoni jew dokument ieħor tkun/ikun ġiet/ġie infilzata/infilzat b’mod elettroniku, applikazzjonijiet, komunikazzjonijiet jew dokumenti oħra sussegwenti fl-istess każ għandhom jiġu sottomessi bl-istess mod.

Fil-User Area tista’ tintuża wkoll il-buttuna “Backup ta’ komunikazzjoni”. Din tista’ tintuża biss meta waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata.

  1. Fil-User Area ma hemm disponibbli l-ebda e-operazzjoni speċifika.
  2. Fil-User Area hemm e-operazzjoni speċifika disponibbli, iżda din l-e-operazzjoni hi temporanjament mhux aċċessibbli minħabba ħsara teknika. Meta din l-e-operazzjoni speċifika tkun jew l-e-infilzar ta’ applikazzjoni EUTM jew l-e-tiġdid ta’ reġistrazzjoni EUTM, irid ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4, il-paragrafu 6 tad-Deċiżjoni EX-19-1 tad-Direttur Eżekuttiv, jiġifieri li l-applikant għar-reġistrazzjoni jew għat-tiġdid jeħtieġ jerġa’ jissottometti l-istess talba (l-istess kontenut) permezz tal-e-operazzjoni speċifika fil-User Area fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mis-sottomissjoni oriġinali. Għal iktar dettalji ara l-Artikolu 4, il-paragrafu 6 tad-Deċiżjoni EX-19-1 tad-Direttur Eżekuttiv.

Irċevuta elettronika tal-applikazzjoni, tal-komunikazzjoni jew tad-dokument mibgħuta/mibgħut permezz tal-e-operazzjoni “Backup ta’ komunikazzjoni” se tiġi pprovduta fil-forma ta’ “konferma mibgħuta” fl-entrati “mibgħuta” tal-User Area.