Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Il-Formola avvanzata

Il-Formola ta’ applikazzjoni avvanzata hija mfassla għal applikazzjonijiet iżjed kumplessi. Trid tuża din il-formola biex tissottometti l-indikazzjoni tal-prodott tiegħek stess, tuża disinn eżistenti bħala mudell għall-applikazzjoni tiegħek, titlob prijorità mingħajr ma jkollha d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ jew tħallas permezz ta’ trasferiment bankarju. Trid tkun utent irreġistrat biex tapplika għal disinn Komunitarju. Jekk għadek ma rreġistrajtx, jeħtieġ li tirreġistra.

Biex taċċessa l-Formola ta' applikazzjoni avvanzata, innaviga s-sit web, u segwi l-mogħdijiet t'hawn taħt:

  1. ‘Disinji' > ‘Irreġistra d-disinn tiegħek — Faċli u rapidu' > ‘Applika online', imbagħad agħżel it-tip ta' applikazzjoni: ‘Formola avvanzata' u kklikkja fuq il-buttuna blu 'Ibda l-applikazzjoni'.
  2. ‘Disinji' > ‘Rotta għar-reġistrazzjoni' > ‘Applika online', imbagħad agħżel it-tip 'Formola ta' applikazzjoni avvanzata' u kklikkja fuq il-buttuna blu 'Ibda l-applikazzjoni'.
  3. ‘Paġna Ewlenija' > ‘Servizzi Online' > ‘Applika għal disinn — Formola avvanzata' u kklikkja fuq il-buttuna blu 'Ibda l-applikazzjoni'.

Applikazzjonijiet ta' RCD għal persuni li mhumiex residenti fl-UE
Tista' tapplika għal RCD jekk inti tgħix barra l-Unjoni Ewropea (UE) imma f'dak il-każ ikollok bżonn taħtar rappreżentant.

Għal informazzjoni dwar kif neżaminaw l-applikazzjonijiet tad-disinji, jekk jogħġbok aqra l-Linji gwida tagħna.

 

Ibda l-applikazzjoni tiegħek

  • Referenza tal-applikant

    Ir-referenza tiegħek għandha tikkonsisti minn sa 30 karattru alfanumeriku, bl-użu tal-alfabet Ruman: a-z, A-Z, 0-9 u simboli. Tużax spazji.

    Jekk ikollok mistoqsijiet dwar id-disinn tiegħek fil-futur, jekk jogħġbok ikkwota n-Numru tal-Applikazzjoni tal-RCD mogħtija mill-Uffiċċju.

  • Uża d-dettalji ta' RCD eżistenti bħala mudell

    Ittajpja l-ID tad-disinn preċedenti, jew parti minnu jew kollu kemm hu — ser tidher lista ta' disinji eżistenti għal dan — u agħżel dak li tixtieq u kklikkja 'Importa'. Billi tagħżel l-opzjoni biex timporta disinn bħala mudell, ser tħaffef il-proċess tar-reġistrazzjoni peress li d-dettalji ser jimtlew minn qabel. It-taqsimiet differenti mbagħad jistgħu jiġu editjati bid-dettalji tal-RCD ġdid tiegħek.

  • Informazzjoni dwar ir-rappreżentant

    Hemm żewġ modi differenti kif iżżid rappreżentant.

    Żieda ta' rappreżentant eżistenti
    Ittajpja l-isem tar-rappreżentant - ser tintwera lista ta' rappreżentanti eżistenti - u agħmel l-għażla tiegħek u kklikkja fuq 'Importa'. Id-dettalji tar-rappreżentant ser jintwerew; ikklikkja fuq 'Żid' biex tkompli.

    Żieda ta' rappreżentant ġdid

    1. Ikklikkja fuq il-buttuna 'Oħloq' u daħħal id-dettalji manwalment.
    2. Agħżel it-tip ta' rappreżentant mill-menu li jinżel.
    3. Imla l-kumplament tal-formola (l-oqsma obbligatorji huma mmarkati b'asterisk *).
    4. Ikklikkja fuq il-buttuna 'Żid' biex tkompli.

    Jekk tagħżel 'Rappreżentant tal-impjegati' tidher il-kaxxa 'Konnessjonijiet ekonomiċi'. Jekk timmarka l-kaxxa, trid timla żewġ taqsimiet oħra, waħda fejn tiddeskrivi t-tip ta' konnessjoni ekonomika li għandek mal-applikant (eż. impjegat jew imsieħeb fin-negozju) u l-oħra bl-isem tal-impjegatur tiegħek. Impjegati li jaġixxu f'isem persuni fiżiċi jew ġuridiċi għandhom jippreżentaw awtorizzazzjoni ffirmata sabiex tiddaħħal fil-fajls.

  • Informazzjoni dwar l-applikant

    Hemm żewġ modi differenti kif iżżid applikant.

    Kif iżżid applikant eżistenti
    Ittajpja l-isem tal-applikant - ser tintwera lista ta' applikanti eżistenti - u agħmel l-għażla tiegħek u kklikkja fuq 'Importa'. Id-dettalji tal-applikant ser jintwerew; ikklikkja fuq 'Żid' biex tkompli.

    Żieda ta' applikant ġdid

    1. Ikklikkja fuq il-buttuna 'Oħloq' u daħħal id-dettalji manwalment.
    2. Agħżel it-tip ta' applikant mill-menu li jinżel.
    3. Imla l-kumplament tal-formola (l-oqsma obbligatorji huma mmarkati b'asterisk *).
    4. Ikklikkja fuq il-buttuna 'Żid' biex tkompli.
  • Lingwi

    L-ewwel lingwa
    Agħżel il-lingwa li trid tuża għall-applikazzjoni tiegħek (l-ewwel lingwa) mil-lista li tinżel; din tista' tkun kwalunkwe waħda mit-23 lingwa tal-UE.

    It-tieni lingwa
    Għandek tagħżel it-tieni lingwa minn waħda mill-ħames lingwi ta' ħidma tal-Uffiċċju (ES, DE, EN, FR u IT). It-tieni lingwa trid tkun differenti mill-ewwel lingwa li tkun għażilt. Ftakar li d-disinn tiegħek jista' jiġi kkuntestat f'din it-tieni lingwa.

    Jekk tixtieq tirċievi l-korrispondenza uffiċjali fit-tieni lingwa tiegħek, immarka l-kaxxa korrispondenti.

 

Żid rappreżentazzjoni tad-disinn tiegħek

  • Informazzjoni dwar id-disinn/disinji

    Żid id-dehriet tad-disinn tiegħek f'żewġ modi:

    • żid immaġnijiet (format JPEG),
    • żid dehra dinamika tridimensjonali u dehriet statiċi miksuba mid-dehra 3D.

    Immaġnijiet
    Uża l-funzjoni dreggja u qiegħed (drag-and-drop) jew ibbrawżja l-kompjuter tiegħek biex ittella' l-immaġnijiet tad-disinn tiegħek. Tista' ttella' sa seba' immaġnijiet protetti u sa tlieta mhux protetti.

    Ma tistax ittella' dehriet li mhumiex protetti qabel ma ttella' seba' dehriet protetti.

    Rekwiżiti għad-dehriet:

    • 2MB għal kull immaġni,
    • format JPEG,
    • RGB, CMYK (li ser jiġi konvertit għal RGB, u dan jista’ possibbilment jaffettwa l-kuluri), skala griża, iswed u abjad jew mudelli ta’ kuluri. Sabiex tevita l-konverżjoni awtomatizzata tal-kuluri u biex iżżomm il-kuluri kemm jista’ jkun l-istess fuq l-iskrin, huwa rrakkomandat l-użu ta’ immaġnijiet RGB, minflok CMYK, L-applowdjar ta’ dehriet dinamiċi 3D U dehriet statiċi oħra huwa ristrett,
    • riżoluzzjoni tal-istampar: min 72, mass 300 DPI,
    • daqs massimu tal-immaġni: 5 000 x 5 000 pixels,
    • Immaġnijiet progressivi JPEG ser jiġu kkonvertiti għal immaġnijiet tal-linja bażi.

    Rekwiżiti tal-fajls mehmużin (għal pretensjonijiet għal prijorità, prijoritajiet għal wirja, awtorizzazzjonijiet ġenerali għar-rappreżentanti tal-impjegati):

    • PDF,
    • JPEG.

    Speċifikazzjonijiet
    Id-dehra għandha tiġi riprodotta fuq sfond newtrali u għandha tkun ta' kwalità li tippermetti li d-dettalji kollha tal-materja li għaliha qiegħda tintalab protezzjoni jkunu jistgħu jintgħarfu b'mod ċar, u li hi tkun tista' tiċċekken jew titkabbar għad-dħul fir-Reġistru u l-pubblikazzjoni diretta fil-Bullettin tad-Disinji Komunitarji.

    Ir-rappreżentazzjoni tad-disinn tista' ma tinkludix test, kliem jew simboli spjegattivi, jew tkun innumerata.

    Mudelli tal-wiċċ ripetuti: Meta ssir applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' disinn li jikkonsisti minn mudell tal-wiċċ ripetut, ir-rappreżentazzjoni tad-disinn għandha turi l-mudell kollu kemm hu u parti suffiċjenti tal-wiċċ ripetut.

    Tipografija: Meta ssir applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' disinn li jikkonsisti f'tipografija, ir-rappreżentazzjoni tad-disinn għandha tikkonsisti minn rappreżentazzjoni ta' sensiela tal-ittri kollha tal-alfabet, kapitali jew ittri żgħar kif applikabbli, u tan-numri Għarab kollha, kif ukoll test ta' ħames linji, kollha fid-daqs tal-piċċ 16.

    Aħna nirrakkomandaw li tingħata attenzjoni speċjali lil dawn l-ispeċifikazzjonijiet. Il-prattika turi li n-nuqqas ta' konformità magħhom hija waħda mir-raġunijiet l-aktar frekwenti għalfejn l-Uffiċċju jqajjem defiċenza, li inevitabbilment twassal għal aktar xogħol u għal telf ta' ħin konsiderevoli għall-utenti tagħna.

    L-użu ta' elementi oħrajn biex jgħinu fl-identifikazzjoni tal-karatteristiċi ta' disinn
    Ir-rappreżentazzjoni ta' disinn għandha tkun limitata għall-karatteristiċi li għalihom qiegħda tintalab protezzjoni. Madankollu, tista' tinkludi elementi oħrajn li jgħinu jidentifikaw il-karatteristiċi ta' disinn li għalih qiegħda tintalab protezzjoni. Hija r-responsabbiltà tal-applikant li juża, pereżempju, linji ttikkjati u linji ta' demarkazzjoni b'tali mod li juri b'mod ċar il-karatteristiċi li għalihom qiegħda tintalab protezzjoni.

    Jekk tixtieq tenfasizza parti partikolari tad-disinn, biex turi li inti qiegħed tiddikjara biss dik il-parti speċifika jew li inti espressament m'intix tiddikjaraha, tista' tuża wieħed minn dawn li ġejjin:

    • linji miksurin biex tindika elementi li għalihom mhija meħtieġa l-ebda protezzjoni;

    • linji ta' demarkazzjoni biex tenfasizza karatteristiċi tad-disinn li għalihom trid protezzjoni;

    • sfumaturi tal-kuluri u kuluri mċajpra biex teskludi għadd ta' karatteristiċi mill-protezzjoni;

    • separazzjonijiet biex tindika li mhijiex qiegħda ssir pretensjoni għat-tul preċiż tad-disinn.

    L-ebda test jew kelma spjegattiv/a, jew simbolu addizzjonali ma jista' jintuża fid-dehriet tad-disinn.

    X'inhuma l-benefiċċji prinċipali jekk ikollok immaġnijiet li mhumiex protetti?

    • Dawn jitqiesu rreġistrati mal-formola ta' applikazzjoni, li jfisser li għalhekk jistgħu jifformaw parti minn pretensjoni għal prijorità f'applikazzjoni sussegwenti.
    • Dawn jistgħu jintużaw biex jiġi spjegat id-disinn u dan jista' jgħin l-eżaminatur meta jivvaluta l-immaġnijiet protetti.
    • L-applikant jista' janalizza l-immaġnijiet wara li jtellagħhom u mbagħad ibiddel dehra mhux protetta f'dehra protetta u viċi versa.

    Nota: Dehriet li mhumiex protetti ser ikunu disponibbli f'eSearch għad-detenturi tad-disinji biss.

    Dehriet dinamiċi tridimensjonali (dehriet dinamiċi 3D)
    Ir-reġistrazzjoni elettronika ta' RCD taċċetta tip ta' rappreżentazzjoni ġdida għad-dehriet bħala għodda biex jinkisbu dehriet fl-applikazzjoni: Dehriet dinamiċi 3D. Jekk ittella' dehra dinamika 3D mill-kompjuter tiegħek f'format OBJ, STL jew X3D, ser tkun tista' tikseb dehriet statiċi ta' immaġnijiet tad-disinn protetti jew mhux protetti.

    Dehriet dinamiċi 3D jissimulaw perspettivi 3D fit-2D (l-iskrin) għaliex tista' timmanipula d-dehra (billi ċċaqlaqha jew tiżżumja 'l ġewwa u 'l barra) biex tara l-perspettivi differenti. Kull dehra maqbuda mid-dehra 3D tista' tiġi mmanipulata (dehriet statiċi) u ser tiżdied mal-formola bħala dehra għad-disinn korrispondenti.

    Uża l-funzjoni dreggja u qiegħed jew ibbrawżja l-fajls tal-kompjuter tiegħek biex ittella' dehriet dinamiċi 3D tad-disinn tiegħek.

    Dehriet dinamiċi 3D — speċifikazzjonijiet tekniċi
    Meta tkun tellajt id-dehra dinamika 3D tiegħek mal-formola tal-applikazzjoni tal-RCD, din ser tintwera bil-karatteristiċi tekniċi li ġejjin:

    • sfond bi gradjent griż;
    • id-dehra dinamika 3D stess tintwera bl-abjad;
    • id-dehriet dinamiċi 3D jistgħu jittellgħu fi kwalunkwe wieħed mit-tliet formati li ġejjin: OBJ, STL jew X3D;
    • daqs massimu għal dokumenti mehmuża mudelli 3D -OBJ, STL, X3D- (għal dehriet ta' disinni): 20MB;
    • id-dehriet statiċi miksubin mid-dehra dinamika 3D ser ikunu monokromatiċi (bojod u suwed);
    • sfumaturi: jenfasizzaw id-dehra dinamika 3D bis-sors tad-dawl ibbażat fuq il-perspettiva tal-utent;
    • id-daqs f'pixels huwa 490 x 315 u jibqa' fiss. Fil-frejm, l-utenti jistgħu jaraw li l-erja disponibbli għad-dehra dinamika 3D tibqa' fissa jekk ikabbru jew iċekknu l-brawżer tagħhom;
    • meta tintuża l-opzjoni tad-dehra dinamika 3D, id-dehriet statiċi kollha jridu jittieħdu mid-dehra 3D.

    Nota: It-tip ta' fajl X3D mhux appoġġat mill-Internet Explorer 10 jew dak preċedenti.

    Nota: Disinji li jikkonsistu fi jew li fihom ornamentazzjoni tal-wiċċ għandhom jiġu sottomessi mingħajr l-użu ta' dehriet dinamiċi 3D.

    Nota: L-STL binarju mhux appoġġat. Tista’ tibdel l-STL binarju tiegħek għal STL standard bl-użu tal-għodda ta’ konverżjoni.

    X'inhuma l-benefiċċji prinċipali tal-użu ta' dehriet dinamiċi 3D?

    • Meta d-disinn jiġi ppubblikat, dan ser jidher f'eSearch u ser ikun disponibbli mhux biss għall-eżaminaturi iżda għall-partijiet kollha interessati, bħal partijiet terzi u l-imħallfin.
    • Ser ikun ċar li l-immaġnijiet statiċi jiġu minn disinn uniku.
    • Dan ser jgħin biex wieħed jifhem kif id-dehriet statiċi differenti huma relatati ma' xulxin.
    • Huwa improbabbli ħafna li r-rappreżentazzjoni tad-disinn ser tkun defiċjenti, li huwa ta' benefiċċju kemm għall-applikanti kif ukoll għall-Uffiċċju.

    Kif iċċaqlaq dehra dinamika 3D?
    B'dehra 3D tista' tippreżenta d-disinn tiegħek minn angoli differenti tal-kamera.

    Sabiex iċċaqlaq dehra dinamika 3D
    Uża l-vleġeġ (xellug, lemin, 'il fuq, 'l isfel) fuq it-tastiera u/jew iż-żum.

    Il-kontrolli tat-tastiera
     

    Jew uża l-maws tiegħek u kklikkja fuq id-dehra stess.

    Dehra dinamika tal-mudell 3D
     

    Sabiex ikun aktar faċli biex tbiddel l-angoli tal-kamera, uża l-opzjoni 'Kontrolli bażiċi tat-tastiera' u agħżel waħda mid-dehriet.

    Kontrolli bażiċi tat-tastiera
     

    Kit toħloq immaġnijiet tad-dehra li tixtieq
    Hemm żewġ modi.

    Il-buttuna Oħloq dehra minn dan l-angolu
    Angolu Il-buttuna Oħloq dehriet predefiniti
    Dehriet predefiniti
    • Wara li tagħżel id-dehra mid-dehra dinamika 3D tiegħek, ikklikkja fuq il-buttuna 'Oħloq dehra minn dan l-angolu (viewpoint)'. L-immaġni ser tidher bħal ta' hawn taħt.



    •  
    • Ikklikkja l-buttuna 'Oħloq dehriet predefiniti', li ser toħloq awtomatikament is-seba' dehriet kollha murija fuq il-kontrolli bażiċi tat-tastiera. Ser jidhru l-immaġnijiet ta' hawn taħt.



    •  

    Tista' toħloq sa seba' immaġnijiet protetti u tuża wkoll il-funzjoni biex toħloq tliet immaġnijiet oħrajn mhux protetti.

    Ċaqlaq, ħassar u iftaħ immaġni
    Ikklikkja fuq l-ikona 'Ċaqlaq' L-ikona Ċaqlaqaqlaqaqlaqaqlaqaqlaqaqlaqaqlaqaqlaqaqlaqaqlaqaqlaqaqlaq fuq l-immaġni biex tbiddel l-ordni tad-dehriet tad-disinn u biex tbiddel l-immaġnijiet mhux protetti f'immaġnijiet protetti.

    Ikklikkja fuq l-ikona 'Ħassar' L-ikona Ħassarsarsarsarsarsarsarsarsarsarsarsar fuq l-immaġni biex tħassar id-dehra tad-disinn.

    Ikklikkja fuq l-immaġni mtella' u iftaħha fid-daqs sħiħ.

 

Agħżel l-indikazzjoni tal-prodott tiegħek

  • Indikazzjoni(jiet) tal-prodott/Klassifikazzjoni ta' Locarno

    Indikazzjoni tal-prodott
    Ser ikollok bżonn iżżid indikazzjoni ta' prodott. Din ma taffettwax il-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat, iżda hija meħtieġa għal raġunijiet legali. Aħna nirrakkomandaw bis-sħiħ li inti tagħżel l-indikazzjoni tal-prodott mil-lista tal-prodotti Eurolocarno. Inkella, jista' jkun hemm dewmien fir-reġistrazzjoni tiegħek minħabba l-bżonn li jiġu tradotti t-termini.

    Għandek tipprovdi indikazzjoni ta' prodott għal kull disinn li qiegħed tapplika għalih.

    Jekk tiddeċiedi li ma tużax il-lista ta' prodotti Eurolocarno, l-indikazzjoni tal-prodott tiegħek stess għandha tinkiteb b'tali mod li jindika b'mod ċar in-natura tal-prodott(i).

    Klassifikazzjoni
    Jekk inti tuża l-lista ta' prodotti Eurolocarno, inti ser tara awtomatikament il-klassi li għaliha jappartjeni l-prodott.

    Jekk tuża l-indikazzjoni tal-prodott tiegħek stess, tista' wkoll tindika l-klassifikazzjoni permezz tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali għad-Disinji Industrijali (il-Klassifikazzjoni ta' Lucarno). Fil-każ ta' applikazzjonijiet multipli, il-prodotti li fihom huwa intiż li jiġu inkorporati d-disinji jew li hu maħsub li jiġu applikati għalihom għandhom jappartjenu għall-istess klassi fil-lista ta' klassifikazzjoni (ħlief f'każijiet ta' ornamentazzjoni).

  • Kif nista' nżid indikazzjoni ta' prodott?

    Qabel ma nispjegaw kif iżżid indikazzjoni ta' prodott, huwa importanti li tkun taf li:

    • disinn wieħed ma jistax jaqbeż ħames termini;
    • f'applikazzjoni multipla t-termini kollha jridu jkunu fl-istess klassi, ħlief għall-Klassi 32, li tista' tiddaħħal addizzjonalment (dan għaliex l-ornamentazzjoni hija inkluża fil-Klassi 32).

    L-indikazzjoni tal-prodott u l-klassifikazzjoni ta' Locarno jistgħu jiżdiedu bi tliet modi differenti, billi:

    1. Iddaħħal il-prodott li d-disinn tiegħek jirrappreżenta u tikklikkja fuq il-buttuna 'Żid': it-terminu jimtela waħdu u vverifikat skont il-Klassifikazzjoni ta' Locarno.

      Klassifikazzjoni ta' Locarno
       

      Jekk l-indikazzjoni tal-prodott tidher f'kaxxa ħadra, dan ifisser li t-terminu ġie vvalidat korrettament. In-numri tal-klassi u s-subklassi ser jidhru awtomatikament fil-kolonna tax-xellug 'Klassifikazzjoni ta' Locarno'.

      It-termini mill-Klassifikazzjoni ta' Locarno
       
    2. Jekk tikklikkja fuq il-buttuna 'Ibbrawżja', il-lista sħiħa tal-indikazzjonijiet tal-prodotti ta' Eurolocarno ser tidher f'tieqa sekondarja.

      Klassifikazzjoni ta' Locarno

      Agħżel l-indikazzjoni tal-prodott tiegħek
       

      Din l-għodda tgħinek tagħżel l-indikazzjonijiet tal-prodotti korretti, inklużi l-klassijiet u s-subklassijiet. Inti ser ikollok iddaħħal l-indikazzjoni tal-prodott fl-istrixxa tat-tfittix u tikklikkja fuq il-buttuna 'Fittex', jew tfittex skont il-klassi/subklassi.

      Fittex indikazzjoni ta' prodott
       

      Ir-riżultati kollha tat-tfittxija ser jidhru, bl-indentifikazzjoni tal-klassi u s-subklassi tagħhom. Immarka l-kaxxa fuq ix-xellug tal-lista tar-riżultati biex tagħżel l-indikazzjoni korretta tal-prodott. Meta tkun imlejt l-għażla tiegħek, inti tista' tirrevedi l-lista sħiħa billi tikklikkja fuq il-buttuna 'Ara l-għażla tiegħek' jew 'Li jmiss'. Imbagħad ikklikkja fuq 'Kompli' biex tispiċċa l-proċess tal-għażla u żżid it-termini mal-applikazzjoni tad-disinn tiegħek.

      Jekk it-terminu ġie vvalidat korrettament, ser tidher indikazzjoni korretta ta' prodott f'kaxex bit-tikek ħodor u n-numri tal-klassi u s-subklassi ser jidhru awtomatikament fil-kolonna tax-xellug, 'Klassifikazzjoni ta' Locarno'.

      Lista taʼ termini validati
       
    3. 'Daħħal it-termini tiegħi'. Din l-opzjoni tippermettilek iddaħħal il-lista ta' indikazzjonijiet tal-prodotti tiegħek stess. Jekk tipprovdix jew le in-numru tal-klassi jew tas-subklassi mill-Klassifikazzjoni ta' Locarno għal kull indikazzjoni ta' prodott hija fakultattiva.

      Nota: L-indikazzjonijiet kollha tal-prodotti jridu jkunu separati minn punt u virgola.

      L-opzjoni li ddaħħal il-lista ta' indikazzjonijiet tal-prodotti tiegħek stess
       

      Jekk it-terminu ġie vvalidat korrettament, ser tidher indikazzjoni korretta ta' prodott f'kaxex bit-tikek ħodor u n-numri tal-klassi u s-subklassi ser jidhru awtomatikament fil-kolonna tax-xellug, 'Klassifikazzjoni ta' Locarno'.

      Indikazzjoni pendenti, li teħtieġ tiġi vvalidata minn eżaminatur, ser tidher f'parentesi bit-tikek ħomor.

      Ikklikkja fuq dawn l-ikoni fl-istrixxa ta' azzjoni biex teditja jew tħassar terminu.

      Validazzjoni tat-termini
  • Differiment u deskrizzjoni

    Diferiment
    Meta tippreżenta applikazzjoni għal disinn Komunitarju, tista’ titlob li l-pubblikazzjoni tiegħu tiġi ddiferita għal perjodu ta’ mhux aktar minn 30 xahar. B’dan il-mod, id-disinn jista’ jinżamm kunfidenzjali sakemm tkun lest(a) li tiżvelah.

    Ser tkun meħtieġ tħallas it-tariffi ta’ pubblikazzjoni rilevanti biex tippubblika disinn wara perjodu ta’ diferiment. Alternattivament, it-tariffa tal-pubblikazzjoni tista’ titħallas flimkien mat-tariffa ta’ diferiment meta tissottometti l-applikazzjoni. Madankollu, jekk eventwalment tiddeċiedi li ma tippubblikax, it-tariffa tal-pubblikazzjoni mhux ser tiġi rimborżata.

    Jekk finalment tiddeċiedi li ma tippubblikax id-disinn u ma tkunx ħallast it-tariffa tal-pubblikazzjoni, ir-reġistrazzjoni tiskadi wara l-perjodu ta’ diferiment ta’ 30 xahar.

    Kif għandek twaqqaf diferiment ta’ pubblikazzjoni ta’ disinn
    Tista’ twaqqaf diferiment fi kwalunkwe ħin permezz tal-User Area tiegħek.

    Jekk trid twaqqaf id-diferiment ta’ pubblikazzjoni ta' RCD, innaviga s-sit web, u segwi r-rotot ta’ hawn taħt:

    1. Idħol fil-User Area u kklikkja fuq ‘Dashboard’.
    2. Ikklikkja fuq ‘RCDs Kunfidenzjali’ u agħżel l-RCD rilevanti. Ladarba tagħżel dan, terġa’ tiġi dirett/a mill-ġdid għal eSearch.

      Diferiment
       
    3. Fit-tieni taqsima tal-eSearch bit-titlu ‘Azzjonijiet u komunikazzjonijiet’, ikklikkja fuq il-buttuna ‘RCD’.
    4. Ikklikkja fuq ‘Ippubblika d-disinn diferit’ taħt it-taqsima ‘Eżaminazzjoni’.

      Diferiment
       
    5. Imla l-formola.
    6. Ikklikkja fuq ‘Ikkonferma’ biex tissottometti t-talba tiegħek. Din tiġi riċevuta u proċessata mill-EUIPO. Tista’ tieħu ftit minuti biex il-komunikazzjoni l-ġdida tidher fl-inbox tal-Komunikazzjonijiet tiegħek.

    Deskrizzjoni
    Jekk tixtieq tista’ żżid deskrizzjoni tar-rappreżentazzjoni tad-disinn tiegħek, iżda din mhix obbligatorja.

     

    L-Artikolu 1(2) tas-CDIR jiddikjara li l-applikazzjoni jista’ jkun fiha deskrizzjoni waħda għal kull disinn li ma taqbiżx 100 kelma fejn tispjega ir-rappreżentazzjoni tad-disinn jew tal-mudell. Id-deskrizzjoni għandha tirrelata biss ma’ dawk il-karatteristiċi li jidhru fir-riproduzzjonijiet tad-disinn jew tal-mudell. M’għandhiex tinkludi dikjarazzjonijiet għal dak li jirrigwarda l-allegata novità jew karattru individwali tad-disinn jew il-valur tekniku tiegħu.

    Madankollu, jekk id-deskrizzjoni ma tkunx konformi mar-Regolament, ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni. Id-deskrizzjoni ma tiġix eżaminata, għalkemm l-eżaminatur jista’ jużaha biex jirrisolvi kwalunkwe dubju. Pereżempju, jekk hemm żewġ immaġnijiet li juru kards differenti, l-eżaminatur għandu jqajjem oġġezzjoni; madankollu, jekk id-deskrizzjoni tindika li dak li jintwera huma żewġ naħat differenti tal-istess kard, ma jeħtieġ li titqajjem l-ebda oġġezzjoni.

    Nota: Id-deskrizzjonijiet mhux se jiġu aċċettati wara d-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

    Diferiment
  • Informazzjoni dwar id-disinjatur(i)

    Din is-sezzjoni mhijiex obbligatorja u għandha l-għan li torbot lid-disinjatur mad-disinn rilevanti. Madankollu, jekk tagħżel 'Oħloq ġdida', trid tipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar id-disinjatur(i):

    • jew il-kunjom u l-ewwel isem ta' disinjatur individwali;
    • jew inkella l-isem tat-tim tad-disinjaturi, fejn xieraq.
    Dettalji tad-disinjatur

    Żid disinjatur
     

    Jekk l-Uffiċċju kien assenja preċedentement numru tal-ID lid-disinjatur, inti trid iddaħħal dan in-numru u d-data tiġi importata mill-bażi ta' data.

    Meta d-disinjatur ikun irrinunzja d-dritt li jiġi kkwotat, immarka l-kaxxa xierqa, 'Rinunzja'.

    Eżenzjoni
 

Pretensjoni ta' prijorità

  • Irrid inressaq pretensjoni ta' prijorità

    Jekk matul l-aħħar sitt xhur tkun applikajt għall-istess disinn, tista' tistaqsi għal pretensjoni ta' prijorità billi tikklikkja l-buttuna 'Żid Prijorità':

    Ittajpja n-numru ta' prijorità jew l-ID tad-disinn Aktar informazzjoni dwar pretensjoni għal prijorità
    • agħżel il-'Pajjiż tal-ewwel ejtareġistrazzjoni mil-lista li tinżel;
    • ittajpja n-numru tal-prijorità jew l-ID tad-disinn (it-taqsima tiġi mimlija weħedha jekk id-dettalji tad-disinn huma disponibbli f'DesignView) u kklikkja 'Importa'; jew
    • daħħal id-dettalji manwalment billi tikklikkja fuq il-buttuna 'Oħloq manwalment';
    • żid id-data tar-reġistrazzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni.

    Nota: Jekk l-ewwel reġistrazzjoni ma tkunx saret f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, allura għandha tinhemeż kopja tat-traduzzjoni.

    Ressaq pretensjoni ta' prijorità f'data aktar tard
    Agħżel il-kaxxa fejn timmarka ħdejn il-buttuna 'Żid prijorità' jekk tixtieq titlob prijorità f'data aktar tard (dan jista' jsir sa xahar wara d-data tar-reġistrazzjoni).

    Ressaq pretensjoni ta' prijorità f'data aktar tard
  • Pretensjoni ta' prijorità għal wirja

    Pretensjoni ta' prijorità għal wirja mal-applikazzjoni
    Biex iżżid pretensjoni ta' prijorità għal wirja mal-applikazzjoni tiegħek, ikklikkja fuq il-buttuna 'Żid wirja'. Din ser tiftaħ taqsima ġdida.

    1. Agħżel l-isem tal-wirja mil-lista li tinżel.
    2. Id-data tal-ewwel divulgazzjoni.
    3. Agħżel l-opzjoni biex tehmeż id-dokumenti meħtieġa meta titressaq l-applikazzjoni jew f'data aktar tard (sa tliet xhur wara d-data tar-reġistrazzjoni).
    4. Ikklikkja fuq il-buttuna '+ Żid'.
    Prijorità għal wirja
     

    Ressaq pretensjoni ta' prijorità għal wirja f'data aktar tard
    Agħżel il-kaxxa fejn timmarka ħdejn il-buttuna 'Żid wirja' jekk tixtieq tressaq pretensjoni ta' prijorità għal wirja f'data aktar tard (sa xahar wara d-data tar-reġistrazzjoni).

    Nota: Taħt din id-dispożizzjoni jaqa' biss għadd żgħir ħafna ta' wirjiet, b'mod partikolari wirjiet li jsiru madwar id-dinja. Għal aktar informazzjoni, żur il-Bureau International des Expositions (BIE).

    Prijorità għal wirja
 

Iffinalizza l-applikazzjoni tiegħek

  • Issejvja d-disinn u kopja mid-disinn

    Meta tkun żidt l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-disinn, issejvjaha. Inti ser tkun tista' tara sommarju tal-informazzjoni tad-disinn tiegħek u teditjah.

    Informazzjoni dwar id-disinn/disinji
     

    Sabiex iżżid disinn ġdid, ikklikkja l-buttuna 'Żid' jew ikkopja l-informazzjoni mid-disinn li diġà daħħalt billi tikklikkja l-buttuna 'Ikkopja mid-disinn'. Jekk diġà ssottomettejt iżjed minn disinn wieħed, tista' tagħżel in-numru tad-disinn li tixtieq tikkopja l-informazzjoni tiegħu.

    L-opzjoni biex tikkopja mid-disinn
  • Abbozzi (issejvja l-applikazzjoni tiegħi bħala abbozz)
    Meta tkun qiegħed timla l-formola ta' applikazzjoni tiegħek, tista' tissejvja x-xogħol li diġà għandek fi kwalunkwe ħin billi tissejvja l-applikazzjoni bħala abbozz. Ikklikkja fuq il-buttuna 'Issejvja l-applikazzjoni' mill-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-applikazzjoni rrappreżentata b'din l-ikona Issejvja l-ikonal-ikonal-ikonal-ikonal-ikonal-ikonal-ikonal-ikonal-ikonal-ikonal-ikonal-ikona. L-abbozz jista' jiġi aċċessat mis-sezzjoni 'Abbozzi' fiż- User Area tiegħek.
  • Erġa' ibda l-formola tal-applikazzjoni

    Jekk tixtieq terġa' tibda l-applikazzjoni tiegħek, ikklikkja l-buttuna 'Erġa' ibda l-applikazzjoni' u t-taqsimiet kollha li mlejt qabel jiġu żvujtati u l-informazzjoni mħassra.

  • Ipprintja l-applikazzjoni tiegħi

    Tista' tipprintja l-formola tal-applikazzjoni tiegħek fi kwalunkwe ħin matul il-proċess tal-applikazzjoni.

  • Konferma

    Irrevedi d-dettalji tiegħek u d-dettalji tad-disinn tiegħek
    F'dan l-istadju tista' tara d-dettalji tal-applikazzjoni tiegħek li ser tissottometti; xorta tista' timmodifikahom fid-'Dettalji tad-disinn' qabel tissottometti l-applikazzjoni.

  • Firma

    Jekk timla t-taqsimiet 'L-ewwel isem u kunjom' u 'Kapaċità ta' firmatarju', inti tikkonferma li kkontrollajt id-dettalji u tixtieq tissottometti din il-formola tal-applikazzjoni.

    Firma
     

    Tista' żżid persuna waħda bħala firmatarju addizzjonali.

    Nota: Ftakar li huma biss persuni fiżiċi li jistgħu jiffirmaw formola tal-applikazzjoni.

    Meta l-applikazzjoni tkun ġiet riveduta, ikklikkja fuq il-buttuna 'Ikkonferma u ħallas'.

    Il-buttuna Ikkonferma u ħallas
     

    Tkun trid tagħżel il-metodu ta' pagament li tixtieq tuża fit-tieqa tal-pagament. Jekk tħallas bi trasferiment bankarju, nirrakkomandaw li tieħu nota tal-kodiċi tat-tranżazzjoni tal-pagament, għaliex dan ser jgħin jidentifika l-pagament tiegħek.

    Meta tikklikkja fuq il-buttuna 'Ikkonferma l-pagament' u 'Kompli' fit-tieqa li jmiss, l-applikazzjoni tiegħek ser tiġi sottomessa.

    Il-buttuna Ikkonferma u ħallas Il-buttuna Ikkonferma u ħallas
  • X'jiġri wara li nkun issottomettejt il-formola tal-applikazzjoni tiegħi?

    Meta jitlesta l-proċess ta' sottomissjoni, ser tirċievi konferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet sottomessa b'mod tajjeb u ser tirċievi numru ta' applikazzjoni uffiċjali. Ser tkun meħtieġ ukoll tniżżel ir-riċevuta uffiċjali u l-konferma f'fajl uniku PDF. Wieħed għandu jinnota li l-Uffiċċju ma joħroġx kopji tal-irċevuti.

    konferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet sottomessa b'mod tajjeb
This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.