Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Dehra tal-fajl fid-dettall

Id-dehra fid-dettall ta' fajl
 

Din id-dehra turi l-informazzjoni kollha disponibbli dwar trademark jew disinn partikolari, inkluża informazzjoni dwar sidien u rappreżentanti, prijorità u preċedenza, reġistrazzjonijiet, oppożizzjonijiet u tiġdid.

Tippermetti wkoll li l-utenti jagħmlu spezzjoni ta' fajls jew jitolbu rapport dwar trademarks simili.

 
  • Informazzjoni ġenerali

    Biex tara riżultat ta' tiftix fid-dettall, ikklikkja fuq l-isem jew il-link '+info' tat-trademark/tad-disinn/tas-sid jew tar-rappreżentant li trid tara.

    Isem ta' trademark u link +info

    Id-dehra fid-dettall tar-riżultati ta' tiftix turi informazzjoni għal trademark waħda jew disinn wieħed għal kull paġna.

    L-informazzjoni li tintwera fid-dehra fid-dettall tiddependi mill-komponenti attivi tal-applikazzjoni/tar-reġistrazzjoni u se tkun differenti skont jekk l-applikazzjoni/ir-reġistrazzjoni tkunx għal trademark jew għal disinn.

    L-intestaturi tal-informazzjoni kollha possibbli jintwerew b'mod awtomatiku iżda t-tabelli taħt kull intestatura jkunu mimlija biss jekk ikun hemm data disponibbli għal dik it-trademark jew id-disinn.

    Ara riżultat ta' tiftix differenti
    Jekk trid tmur fuq riżultat ta' tiftix ieħor tista' tuża l-ikoni tal-vleġeġ fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna.

    Ikoni tal-vleġeġ

    Lura għar-riżultati ta' tiftix
    Biex tmur lura għar-riżultati ta' tiftix ikklikkja fuq il-link 'Lura għar-riżultati ta' tiftix' fuq in-naħa tax-xellug tal-ikoni tal-vleġeġ.

    Uri/aħbi l-informazzjoni murija
    Ikklikkja fuq l-ikoni tal-vleġeġ taħt il-buttuna 'Ipprintja' biex taħbi/turi l-informazzjoni murija fit-tabelli b'mod awtomatiku.

    Ikoni tal-vleġeġ

    Tista' wkoll turi jew taħbi kull element b'mod separat mill-buttuna fuq in-naħa tal-lemin tal-intestaturi.

    Buttuni biex juru jew jaħbu kull element

    Biex tibdel is-sekwenza tad-dehra
    Biex tibdel is-sekwenza tad-dehra tal-elementi fid-dehra fid-dettall, ikklikkja u mexxi l-intestatura rilevanti f'pożizzjoni differenti. Din l-għażla tista' tkun utli biex tara u tipprintja.

    Kif tibdel is-sekwenza tad-dehra

    Madankollu, tajjeb li tkun taf, li jekk tħassar il-cookies jew jekk taċċessa s-sit web bl-użu ta' PC jew brawżer differenti, is-sezzjonijiet kollha jmorru lura għall-pożizzjoni awtomatika tagħhom.

    Issettja t-twissija
    Ikklikkja fuq il-buttuna 'Issettja twissija' biex toħloq twissija.

    Il-buttuna li tissettja twissija

    Ipprintja
    Ikklikkja fuq il-buttuna 'Ipprintja' biex tipprintja d-dettalji murija. Tajjeb li tkun taf li tiġi pprintjata biss l-informazzjoni murija, mhux dik moħbija.

  • Kopji ċċertifikati

    Ikklikkja fuq il-buttuna 'Ċertifikat' biex titlob kopji ċċertifikati tal-formola ta' applikazzjoni u/jew iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni. ( N.B.: Trid tkun illoggjat biex tagħmel dan.) Din l-opzjoni hija disponibbli fil-każijiet li ġejjin:

    • Meta l-applikazzjoni tkun diġà ġiet ippubblikata.
    • Fil-każ ta' applikazzjoni ta' trademark tal-UE, fejn it-trademark tkun saret applikazzjoni għaliha sa mill-01/01/2008.
    • Fil-każ ta' ċertifikat ta' reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE, fejn iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jkun inħareġ sa mill-01/01/2001;
    • Għal kopji ċċertifikati ta' ċertifikat ta' reġistrazzjoni ta' RCD.
  • Skeda ta’ żmien

    L-iskeda ta' żmien hija rappreżentazzjoni viżiva tal-proċess ta' applikazzjoni u/jew reġistrazzjoni għal trademark jew disinn. L-istatuses differenti u d-dati relatati tagħhom jintwerew f'ordni kronoloġiku flimkien mal-iskeda ta' żmien. L-iskedi ta' żmien huma pprovduti għal trademark tal-UE, RCD u proċeduri ta' oppożizzjoni.

    Jekk m'għandekx aċċess għal din l-informazzjoni, jintwera messaġġ li jaqra 'informazzjoni ristretta'.

    Jekk id-data ma tintweriex b'mod korrett, jitla’ messaġġ li jaqra 'mhux disponibbli'. Ma għandekx għalfejn tikkuntattja lill-EUIPO dwar dan peress li l-amministratur tas-sit web ikun notifikat b'dan b'mod awtomatiku.

  • Azzjonijiet u komunikazzjonijiet

    Din it-taqsima tipprovdilek l-għodda biex tikkomunika b'mod elettroniku mal-EUIPO dwar il-fajl magħżul. L-istatus u/jew it-tip ta' applikazzjoni/reġistrazzjoni jiddettaw liema opzjonijiet jintwerew f'din it-taqsima.

    Azzjonijiet u komunikazzjonijiet possibbli

    Azzjonijiet ġenerali Eżaminazzjoni Ibdel/aġġorna d-dettalji ta' trademark
    Spezzjoni ta' fajl Irtirar Tiġdid
    Applikazzjoni għal azzjonijiet doganali Limitazzjoni Trasferiment totali
    Rapport dwar trademarks simili Estensjoni Trasferiment parzjali
      Kontinwazzjoni tal-proċedimenti Ħatra ta’ rappreżentant
      Restitutio in integrum Tħassir tar-rappreżentant
      Ibgħat l-osservazzjonijiet ta' parti terza Pretensjoni ta’ preċedenza
      Ibgħat ċertifikati ta' preċedenza Talba għal konverżjoni
  • Korrispondenza

    Il-korrispondenza kollha relatata ma' trademark tintwera f'tabella. Tista' tfittex oġġett partikolari ta' korrispondenza billi ddaħħal it-test fil-qasam ta' tiftix. It-test li jiddaħħal imbagħad sejjer jitfittex fil-kolonni ta' Proċedura, Numru tal-preżentata, Suġġett u Data.

    Tista' tara jekk il-korrispondenza ntbagħtitx minnek jew mill-EUIPO fil-kolonna 'Minn', fejn is-simbolu Komunikazzjonijiet mibgħuta mis-simbolu tal-EUIPO jindika l-komunikazzjonijiet mibgħuta mill-EUIPO u Komunikazzjonijiet mibgħuta mis-simbolu tal-utent l-komunikazzjonijiet mibgħuta mill-utent. PDF tal-korrispondenza jista' jitniżżel billi tikklikkja fuq l-ikona fil-kolonna 'Azzjonijiet'.

  • Rappreżentazzjoni grafika

    Rappreżentazzjoni grafika tista' tintwera biss għal disinji u għat-tipi ta' marka li ġejjin: figurattiva, 3D, tal-kulur, tal-ħoss u oħrajn.

  • Informazzjoni dwar disinn

    Informazzjoni dwar disinn Komunitarju rreġistrat (RCD) tintwera hawnhekk. Jekk inti is-sid jew ir-rappreżentant tal-fajl u tinsab illoggjat, tista' tibdel in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni tiegħek (jiġifieri n-numru tal-applikazzjoni li għażilt, mhux in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni uffiċjali li ngħata mill-EUIPO, billi tikklikkja fuq l-ikona tal-pinna blu u ddaħħal l-ID ġdida fil-qasam korrispondenti.)

  • Indikazzjoni tal-prodott

    Din it-taqsima turi n-numru tal-klassi ta’ Locarno u l-indikazzjoni tal-prodott assenjata. Tista' tara l-indikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea fil-ħin tal-pubblikazzjoni tal-RCD. Sabiex terġa' tmur f'DesignClass, ikklikkja fuq il-link fl-intestatura ta' din it-taqsima.

  • Informazzjoni dwar trademark

    Informazzjoni dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea tintwera hawnhekk. Jekk inti s-sid jew ir-rappreżentant tal-fajl u tinsab illoggjat, tista’ tibdel in-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni tiegħek (jiġifieri n-numru tal-applikazzjoni li għażilt, mhux in-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni uffiċjali tal-EUIPO) billi tikklikkja fuq l-ikona tal-pinna blu Ikona tal-pinna blu u ddaħħal l-ID ġdida fil-kaxxa li tidher. Din il-funzjonalità mhijiex disponibbli għar-Reġistrazzjonijiet Internazzjonali.

    Sir af aktar dwar il-Klassifikazzjoni ta’ Nizza u l-Klassifikazzjoni ta’ Vjenna.

  • Dokumenti

    Biex tniżżel dokument, ikklikkja fuq il-logo PDF. Biex tniżżel diversi dokumenti fl-istess ħin, immarka l-kaxex meħtieġa u kklikkja fuq il-buttuna 'Niżżel' li tidher fit-tabella (meta kaxxa tkun immarkata). Tajjeb li tkun taf li inti trid tkun illoggjat biex tkun tista' tniżżel id-dokumenti. Innota wkoll li, meta tniżżel diversi dokumenti fl-istess ħin, dawn jaslulek f'fajl ZIP.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.