Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Definizzjoni ta’ trademark

It-trademarks huma sinjali li jintużaw fil-kummerċ biex jiġu identifikati l-prodotti.

It-trademark tiegħek hija s-simbolu li l-klijenti tiegħek jużaw biex jidentifikawk. Din tiddistingwik mill-kompetituri tiegħek. Jekk tirreġistra t-trademark tiegħek, tista’ tipproteġiha u tiżviluppaha.

F’xi pajjiżi, tista’ tkun protett anke jekk it-trademark tiegħek ma tkunx irreġistrata, dment li tkun qed tintuża. Madankollu, aħna nirrakkomandawlek ħafna li tirreġistraha biex tikseb l-aħjar protezzjoni.

L-unika kundizzjoni imposta fuq trademark irreġistrata hija li trid tkun iddefinita b’mod ċar; inkella la inti u lanqas il-kompetituri tiegħek ma jkunu ċerti ta’ dak li tkopri. 

Mal-EUIPO inti tista’ tirreġistra

Ikona ta’ marka ta’ kelma ffurmata bl-ittra A

Marka ta’ kelma

Marka ta’ kelma tikkonsisti esklussivament minn kliem jew ittri, numri, karattri tipografiċi standard oħrajn jew taħlita tagħhom li jistgħu jiġu ttajpjati

Ara l-eżempji
Ikona ta’ marka figurattiva ffurmata minn poligonu

Marka figurattiva

Din hija trademark fejn jintużaw karattri, stil jew tqassim, jew karatteristika grafika jew kulur mhux standard, inklużi marki li jikkonsistu esklussivament minn elementi figurattivi

Ara l-eżempji
Marka figurattiva b’ikona ta’ ittri ffurmata minn poligonu bl-ittra A ġewwa fiha

Marka figurattiva li tinkludi elementi ta’ kliem*

Marka figurattiva li tinkludi taħlita ta’ elementi verbali u figurattivi

Ara l-eżempji
 
Ikona ta’ marka 3D iffurmata minn poliedron tridimensjonali

Marka ta’ forma

Marka ta’ forma tikkonsisti minn forma tridimensjonali jew testendi għal din. Din tista’ tinkludi kontenituri, imballaġġ, il-prodott stess jew id-dehra tiegħu.

Ara l-eżempji
Marka ta’ kulur per se ffurmata minn kampjun ta’ paletta ta’ kuluri

Marka ta’ forma li tinkludi elementi ta’ kliem*

Marka ta’ forma li tinkludi elementi verbali.

Ara l-eżempji
Ikona ta’ marka ta’ ħoss iffurmata minn kelliem

Marka taʼ pożizzjoni

Marka ta’ pożizzjoni tikkonsisti mill-mod speċifiku li bih il-marka titqiegħed jew titwaħħal fuq il-prodott.

Ara l-eżempji
 
Ikona ta’ marka ta’ kelma ffurmata bl-ittra A

Marka ta’ motif

Marka ta’ motif tikkonsisti esklussivament minn sett ta’ elementi li huma ripetuti regolarment.

Ara l-eżempji
Ikona ta’ marka figurattiva ffurmata minn poligonu

Marka ta’ kulur (wieħed)

Marka ta’ kulur wieħed hija sempliċement din – trademark li tikkonsisti esklussivament minn kulur wieħed (mingħajr kontorni).

Ara l-eżempji
Marka figurattiva b’ikona ta’ ittri ffurmata minn poligonu bl-ittra A ġewwa fiha

Marka ta’ kulur (taħlita)

Trademark li tikkonsisti esklussivament minn taħlita ta’ kuluri (mingħajr kontorni)

Ara l-eżempji
 
Ikona ta’ marka ta’ kelma ffurmata bl-ittra A

Marka ta’ ħoss

Marka ta’ ħoss tikkonsisti esklussivament minn ħoss jew taħlita ta’ ħsejjes.

Ara l-eżempji
Ikona ta’ marka figurattiva ffurmata minn poligonu

Marka ta’ moviment

Trademark li tikkonsisti minn moviment jew bidla fil-pożizzjoni tal-elementi ta’ marka jew li testendi għal dawn.

Ara l-eżempji
Marka figurattiva b’ikona ta’ ittri ffurmata minn poligonu bl-ittra A ġewwa fiha

Marka multimedjali

Din tikkonsisti minn taħlita ta’ immaġnijiet u ħsejjes jew testendi għal dawn.

Ara l-eżempji
 
Ikona ta’ marka ta’ kelma ffurmata bl-ittra A

Marka olografika

Din hija kategorija ġdida ta’ trademark (mill-1 ta’ Ottubru 2017 ‘il quddiem). Marki olografiċi jikkonsistu minn elementi b’karatteristiċi olografiċi.

Ara l-eżempji

 

*Nota: It-tipi ta’ trademarks immarkati b’asterisk mhumiex kategoriji separati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-UE dwar it-trademarks. Madankollu, dawn huma ddifferenzjati fil-preżentazzjoni elettronika għal raġunijiet prattiċi u tekniċi.

 

Ftit teorija

Il-Proprjetà Intellettwali

Il-ħsieb wara l-proprjetà intelletwali (PI) huwa sempliċi u ilu magħna żmien twil. Kull fejn immorru, ninsabu mdawrin bil-proprjetà intellettwali.

Ħsibijiet u ideat biss mhumiex biżżejjed; il-proprjetà intellettwali tiddefinixxi u tipproteġi l-innovazzjonjiet u l-kreazzjonijiet umani

  • It-Trademarks juru l-oriġini tal-prodotti lill-konsumaturi
  • Id-Disinji jispeċifikaw kif jidhru l-prodotti
  • Id-Drittijiet tal-awtur huma relatati mal-kreazzjonijiet artistiċi, bħall-kotba, il-mużika, il-pitturi, l-iskulturi u l-films
  • Il-Privattivi jipproteġu l-invenzjonijiet tekniċi fl-oqsma kollha tat-teknoloġija

Il-proprjetà intellettwali tippremja lill-innovaturi u tippermetti lil kulħadd jibbenefika mill-kisbiet tagħhom.

 

Niżżel din il-mappa – se tgħinek tirreġistra d-drittijiet tiegħek.


Adattament tal-kunċett tal-mappa tal-metro li tirrappreżenta l-iskedi ta’ żmien tal-proċessi differenti tal-proprjetà Intellettwali

 

 

Aktar riżorsi dwar il-PI

 

This site uses cookies to offer you a better browsing experience, including for anonymized analytics. Find out more on how we use Cookies.