Il-Klassifikazzjoni ta’ Vjenna (marki figurattivi)
Il-Klassifikazzjoni ta' Vjenna (VCL) hija sistema ta' klassifikazzjoni internazzjonali stabbilita fl-1973 mill-Ftehim ta' Vjenna li Jistabbilixxi Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Elementi Figurattivi tal-Marki, u amministrata mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO).
Din tikkonsisti minn sistema ġerarkika li timxi minn dawk li huwa ġenerali għal dak li huwa partikolari, u tikklassifika l-elementi figurattivi tal-marki f'kategoriji, diviżjonijiet u sezzjonijiet, abbażi tal-forma tagħhom.
L-EUIPO juża verżjoni modifikata tal-Klassifikazzjoni ta' Vjenna. Din il-verżjoni ġiet adattata għall-bżonnijiet speċifiċi tal-EUIPO billi nħolqu kodiċijiet ġodda u oħrajn ma baqgħux jintużaw.
Din il-klassifikazzjoni tista' tinstab fil-funzjoni tiftix avvanzat tal-magna ta' tiftix tagħna eSearch plus billi tikklikkja fuq il-kriterji tat-tiftix tal-Klassifikazzjoni ta' Vjenna.
